Newsbook Business Webinar jistaqsi: Kif qed nippjanaw li ngħixu?

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-politika ddur mal-pjanijiet, u ħafna draba dawn il-pjanijiet ikunu ffukati fuq kif wieħed jista’ jtejjeb il-ħajja u l-kundizzjonijiet tal-għixien. Il-kwalità tal-ħajja tiddependi ħafna fuq l-għażliet tagħna u fuq kif dawn jaffettwaw l-ambjent ta’ madwarna. L-użu tal-art u r-riżorsi u l-ippjanar ilhom magħna għal għexieren ta’ snin.

Madanakollu, frekwentament ingergru dwar it-tifrix urban, l-ispiża tal-ilma u tan-nuqqas ta’ ħdura. Newsbook.com.mt qed jirriaffirma l-impenn tiegħu għall-ambjent, partikolarment fil-ħames anniversarju tal-enċiklika ċentrali ‘Laudato Si’ tal-Papa Franġisku.

Newsbook.com.mt se jkun qed jistaqsi:

  • X’inhi r-relazzjoni tagħna mal-art?
  • Għandna strateġija nazzjonali fejn jidħol l-ambjent?
  • Qed nippjanaw jew?
  • Qed inżommu ma’ dak li nippjanaw?
  • Il-pjanijiet tagħna jirrispettaw in-natura: l-ekosistemi, il-biodiversità u l-klima?
  • Qed nużaw jew nabbużaw ir-riżorsi naturali: ilma, ġebel, ħamrija?
  • Dan kollu kif jorbot mal-ħames anniversarju tal-enċiklika tal-Papa Laudato Si?

Nhar il-Ħamis 24 ta’ Settembru bejn l-10am u l-11.30am, Newsbook.com.mt se jkun qed jorganizza webinar bit-tema ta’ “Kif qed nippjanaw li ngħixu?”

Il-kelliema ewlenien huma l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, il-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Enerġija u l-Immaniġġjar u l-Konservazzjoni tal-Ilma Ryan Callus, Manuel Sapiano mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, il-Perit Michelle Piccinino mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-perit u l-ambjentalist Prof. Alex Torpiano, il-Perit Simone Vella Lenicker mill-Kamra tal-Periti, Konrad Pule mill-Malta Public Transport u Sebastian Ripard minn Bolt.

Jekk tixtieq tattendi rreġistra minn hawn: i.newsbook.com.mt/KxLXYcG

Issapportjat minn: L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u l-Malta Public Transport.