Newsbook app: issa wkoll għall-Android

Dawk kollha li għandhom mowbajl li jaħdem bis-sistema Android issa jista’ jniżżel l-application ta’ Newsbook, l-ewwel app b’aħbarijiet bil-Malti. Din l-app tista’ titniżżel faċilment minn Google Play mingħajr ħlas.

L-app tnediet fl-1 ta’ Novembru u setgħet titniżżel minn dawk li għandhom ‘smartphones’ u ‘tablets’ li jaħdmu b’iOS. Skont l-aħħar statistika li għandna jidher li l-app fuq l-iOS tniżżżlet 800 darba.

Din l-app hi mezz ieħor kif il-qarrejja ta’ Newsbook jistgħu isegwu l-aħbarijiet, jisimgħu l-intervisti u saħansitra jaraw il-filmati. L-app hi mqassma f’erba’ sezzjonijiet: aħbarijiet lokali, internazzjonali, madwar il-ħajja u anke aħbarijiet mid-dinja tat-teknoloġija.

L-app ta’ Newsbook ġiet żviluppata minn Vioside.