Newrologu Għawdxi intervistat dwar kura għal kundizzjoni perikoluża

Newrologu Għawdxi ġie intervistat fuq il-midja Amerikana dwar kura preventiva għall-anewriżmu fil-moħħ, kura li meta mqabbla ma’ dak li ilu 20 sena fis-suq, tista’ titqies bħala waħda ġenjali u innovattiva sew.
Dr Steve Cordina huwa newrologu, jiġifieri tabib li jispeċjalizza fil-moħħ. F’Alabama, l-Istati Uniti, Dr Cordina jaħdem fil-qasam tan-newroloġija intervenzjonista, jiġifieri qasam speċjalizzat tal-kura tal-moħħ relatata aktar ma’ operazzjonijiet.
L-anewriżmu fil-moħħ huwa meta jinġemagħlek id-demm mal-ħitan ta’ xi arterja li xogħolha jkun li twassallek id-demm għal rasek. Bosta drabi lanqas tinduna, fil-fatt hu kkalkulat li l-anewriżmu jseħħ kull 18-il minuta fl-Amerka, u sitt miljun persuna fil-pajjiż ibati minnha.
Iżda f’każijiet oħra din tikkawża uġigħ ta’ ras tremenda, u tista’ twassal għal attakk ta’ puplesija, viżjoni mċajpra jew doppja, saħansitra teħillek biex titkellek. Minn tfal sa adulti u anzjani jistgħu jiġu affettwati.
Dr Cordina spjega li din it-teknoloġija ġdida li tista’ tagħti d-daqqa tal-mewt lil ċerti tipi ta’ anewriżmi.
Din is-sistema nħolqot minn kumpanija bl-isem ta' Medtronic, kumpanija li tispeċjalizza f'servizzi professjonali fil-qasam tas-saħħa.
Bis-saħħa ta’ pajp żgħir immens li jitpoġġa qrib l-arterja affettwata u jfettaħha sabiex id-demm jgħaddi mingħajr inkwiet.
B'dal-metodu l-persuna m’għandhiex għalfejn tagħmel operazzjonijiet estensivi fil-moħħ, u għalhekk jitnaqqas ferm ir-riskju li xi ħaġa tmur ħażin waqt l-operazzjoni.
Tista' tara l-intervista sħiħa hawnhekk.