Newman ta’ NASCAR f’qagħda kritika

Is-sewwieq tan-NASCAR Ryan Newman jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’inċident jumejn ilu waqt id-Daytona 500. Xi sorsi qalu li mhux fil-periklu tal-mewt iżda s-sewwieq ġarrab ġrieħi serji. NASCAR ippublikaw stqarrija dwar il-kundizzjoni ta’ Newman.

Ryan Newman li għandu 42 sena kien fuq quddiem fl-aħħar tidwira meta s-sewwieq ta’ warajh, Ryan Blaney laqat bi ftit il-karozza numru 6 ta’ Newman. Kaġun ta’ dan Newman spiċċa jdur fl-ajru sakemm il-karozza waqgħat rasha l-isfel. Dak il-ħin sewwieq ieħor, Corey LaJoie laqat lil Newman mill-ġdid.