Newcastle iridu lil Praet

Filwaqt illi l-klabb ta’ Newcastle United jinsab ghall-bejgħ, id-diriġentital-Geordies xorta qed jaħdmu sabiex jiksbu elementi tajbin u jkomplu jikkompetu fil-Premier League Ingliż.
Skont il-gazzetta Ingliża The Guardian, Newcastle jinsabu interessati fil-midfielder avvanzat ta’ Sampdoria Dennis Praet.
Minkejja l-età żagħżugħa tiegħu ta’ 23 sena, Praet diġa’ rebaħ tliet darbiet il-kampjonat Belġjan ma’ Anderlecht sakemm ingħaqad ma’ Sampdoria fis-sena 2016.
Il-Magpies jidhru lesti li jħallsu s-somma ta’ €20 miljun lid-Doriani sabiex jiksbu l-firma ta’ dan il-plejer.
Newcastle bħalissa jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika, u għaddejjin minn mumenti pożittivi fil-kampjonat Ingliż.