New Zealand trid tipprepara għal meta terġa’ tfaqqa’ l-coronavirus

REUTERS/Loren Elliott/POOL

Read in English.

New Zealand trid tkun ippreparata għal meta terġa’ tfaqqa l-coronavirus hekk kif il-pandemija qed tkompli tinfirex globalment. Dan filwaqt li mhix se twaqqaf l-istrateġija ta’ eliminazzjoni jekk jinstab li hemm trażmissjoni fil-komunità, qalet il-Prim Ministru Jacinda Ardern.

Ardern qalet li l-epidemija qed “tisplodi” barra minn New Zealand u dawk il-pajjiżi li kienu saru mudell għall-mod kif iġġieldu l-COVID-19 qed jerġgħu jesperjenzaw iżjed każi fil-komunità.

Il-gvern nieda qafas ġdid dwar kif bi ħsiebu jiġġieled il-virus f’każ li jerġa’ jkun hemm każijiet ġodda, fejn l-eliminazzjoni se tibqa’ l-istrateġija ċentrali.

“L-ebda sistema ma taħdem 100% u madwar id-dinja qed naraw li anki l-iżjed miżuri rigorużi qed ibatu kontra dan il-virus,” qalet Ardern lill-ġurnalisti f’Wellington.