New Zealand tressaq l-ewwel akkuża ta’ terroriżmu fil-każ tal-moskej

Brenton Tarrant, charged for murder in relation to the mosque attacks, is lead into the dock for his appearance in the Christchurch District Court, New Zealand March 16, 2019. Mark Mitchell/New Zealand Herald/Pool via REUTERS.

Il-Pulizija fi New Zealand għadhom kemm akkużaw lir-raġel akkużat bl-attakk fuq il-moskej fi Christchurch f’Marzu li għadda, li kien involut f’att terroristiku. Din hija l-ewwel darba li akkuża bħal din dehret fl-istorja tal-pajjiż.

F’attakk li xxandar live fuq Facebook, raġel waħdu armat b’arma tan-nar semi-awtomatika attakka musulmani li kienu qed jitolbu f’żewġ moskej fil-15 ta’ Marzu fejn qatel 51 persuna u fera għexieren oħrajn. Skont il-kummissarju tal-Pulizija, l-akkuża mressqa fil-konfront ta’ Brenton Tarrant se tallega li seħħ attakk terroristiku fi Christchurch.

L-akkuża kienet ġiet introdotta fl-ewwel leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu fi New Zealand fl-2002, wara l-attakk fl-Istati Uniti fil-11 ta’ Settembru tal-2001.

Intant, tressqu aktar akkużi fil-konfront ta’ Tarrant, wieħed ta’ qtil u tnejn ta’ attentat ta’ qtil. Issa is-suspettat għandu total ta’ 51 akkuża ta’ qtil u 40 ta’ attentat ta’ qtil.