“Nevitaw il-kunflitt flimkien,” il-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca ħeġġet biex issir ħidma bejn kulħadd sabiex ikun evitat il-kunflitt, għal dinja aħjar għada. Hija kienet qed tindirizza sessjoni tal-Crans Montana Forum, f’Barċellona, li ffukat fuq strateġiji għal stabbiltà.
Fl-2014, dan il-forum kien ippremja lill-President ta’ Malta għall-ħidma favur il-paċi, il-ħelsien u d-demokrazija.
Spjegat li għalkemm tidher bħala xi ħaġa diffiċli, konvinta li jekk kulħadd jaħdem flimkien għal għan wieħed, “inkunu kapaċi nilqgħu l-isfida.”
Faħħret l-istrateġija tat-Tuneżija fejn iż-żgħażagħ urew li jagħrfu l-importanza tal-bidla soċjali.
Qalet li minkejja d-diffikultajiet, it-Tuneżini qed iżommu sodi biex jegħlbu l-isfidi tal-kunflitt, u jibnu proċessi għall-parteċipazzjoni demokratika.