“L-ebda ġurnalist ma ssakkar f’Kastilja” – Carbone

Miguela Xuereb

Read in English.

Kompliet tinstema l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Xi spikka mis-seduta tal-lum?

  • Għajat u tensjoni fil-Qorti: Matthew Carbone jirreżisti li jwieġeb
  • Matthew Carbone jgħid li qatt ma ra lil Yorgen Fenech Kastilja
  • Carbone jgħid li l-aħħar li tkellem ma’ Keith Schembri kien f’Ottubru 2019
  • Oħt Daphne, Corinne Vella: “Gafà tella’ ritratt ta’ Daphne jum qabel ma nqatlet; kien isegwiha”
  • Matthew Caruana Galizia: “Il-kelma “Bidnija” tidher aktar minn 150 darba fil-blogg ta’ Glenn Bedingfield”
  • Il-Bord ma jippermettix li Caruana jiġi mistoqsi dwar is-server JosephMuscat.com
17:36 Il-Bord joħroġ mill-Awla. Is-seduta tal-lum tintemm hawn. Grazzi talli segwejtuna.
Christoph Schwaiger
17:35 L-inkjesta tkompli nhar l-Erbgħa. Għandhom jixhdu Nigel Vella u Neville Gafà.
Christoph Schwaiger
17:34 Josef Caruana joħroġ mill-awla
Christoph Schwaiger
17:34 Il-Bord: Dik jaraha ħaddieħor
Christoph Schwaiger
17:34 Borg Cardona jitlob lill-bord jirrevedi d-deċiżjoni
Christoph Schwaiger
17:33 Il-Bord mhux ħa jippermetti d-domanda. Azzopardi jgħid li jista' jkun hemm imejls relevanti f'dan is-server.
Christoph Schwaiger
17:32 Gouder ma jridx lil Caruana jwieġeb għax qed jgħid li mhix relevanti. Azzopardi jgħid li Gouder m'għandux dritt joġġezzjona
Christoph Schwaiger
17:32 Azzopardi jrid lil Caruana jgħid jekk qattx bagħat imejl jew irċieva imejl minn Muscat mis-server josephmuscat.com
Christoph Schwaiger
17:28 Caruana jgħid li f'Ġunju tal-2017 kien għadu ġurnalist u rċieva rapport mill-FIAU mis-sorsi tiegħu
Christoph Schwaiger
17:26 Caruana jgħid li fl-2014 kien hemm nies mill-NSO, MFSA, u mill-Bank Ċentrali li kienu jagħtu informazzjoni lill-ġurnalist Ivan Camilleri
Christoph Schwaiger
17:23 Caruana jgħid li darba l-PM qallu li mhux aċċettabbli li l-istaff jikteb b'dan il-mod
Christoph Schwaiger
17:20 Comodini Cachia tistaqsi lil Caruana kif kien iħossu komdu jikteb ċertu affarijiet.
Caruana jgħid li ma kienx uffiċjal pubbliku. Wara jgħid li huwa person of trust imħallas mill-Gvern.
Christoph Schwaiger
17:17 Caruana jgħid li daħal flok Bedingfiel fix-xogħol tal-PQs. Ma jafx min kien wara s-sit Taste Your Own Medicine
Christoph Schwaiger
17:16 Tibda l-mistoqsijiet Therese Comodini Cachia
Christoph Schwaiger
17:15 Caruana jgħid li ma jafx x'kien xogħol Neville Gafà. Gafà kien għamel żmien jaħdem fl-OPM ukoll.
Christoph Schwaiger
17:14 Caruana jgħid li jista' jkun li għamel share tan-narrattiva li l-assassinju kien marbut mat-trafikar taż-żejt
Christoph Schwaiger
17:13 Caruana jgħid li ma kienx jikkomunika mal-ġurnalisti
Christoph Schwaiger
17:12 Il-Bord jistaqsi lil Caruana jekk jafx dwar it-Truth Project. Jgħid li jaf li kien jeżisti imma li ma jafx dwaru.
Christoph Schwaiger
17:11 Josef Caruana jgħid li kien parti tal-grupp ta' Facebook "Laburisti Magħqudin"
Christoph Schwaiger
17:10 Saviour Balzan għandu s-sorsi tiegħu – Josef Caruana
Christoph Schwaiger
17:08 Il-Bord jistaqsi lil Caruana dwar ix-xnigħat li l-assassinju ta' Daphne kien marbut mat-traffikar taż-żejt. Caruana jgħid li ma kienx jaf b'din in-narrattiva qabel ma ħarġet fil-midja.
Christoph Schwaiger
17:03 Il-Bord jgħid li darba Josef Caruana kien qed jinsinwa li kienet il-familja ta' Caruana Galizia li qatlet lill-ġurnalista.
Caruana jgħid li din ma kinitx konklużjoni imma analiżi. Jgħid li kien skuża ruħu minħabba dan il-kliem.
Christoph Schwaiger
17:00 Therese Comodini Cachia tistaqsi lil Caruana jekk hux qed jagħraf il-handle ta' Twitter tiegħu fuq screenshot.
"Handle x'inhu?" staqsa Caruana
Christoph Schwaiger
16:56 Il-Bord jistaqsi lil Caruana jekk jafx li uża kliem dispreġġjattiv kontra għadd ta' ġurnalisti. Darba kien kiteb li jkun aħjar kieku kellhom jisparixxu.
Caruana jammetti li dan il-kliem kitbu hu. Jgħid li Caruana Galizia qatt ma fetħitlu xi libell jew kwerela. Caruana jħoss li dejjem mexa mal-liġi.
Christoph Schwaiger
16:54 Caruana jgħid li kiteb diversi drabi dwar Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
16:53 Caruana jgħid li jaħdem fl-OPM. Jikkoordina l-Mistoqsijiet Parlamentari. Daħal f'Lulju tal-2017. Qabel kien l-editur tal-Union Press.
Christoph Schwaiger
16:52 Jitla' jixhed minfloku Josef Caruana
Christoph Schwaiger
16:51 Jidħol Neville Gafà. Jgħidulu jiġi nhar l-Erbgħa fis-2 pm għax ma kinux ippreparati għalih. Jgħidulu biex jiġi biex ma jkollhomx għalfejn iħarrkuh
Christoph Schwaiger
16:49 FIl-bidu tas-seduta xi ħadd mill-Bord qal: Ma nafux jekk hux qiegħed hawn is-Sur Gafà
Therese Comodini Cachia: Hemm barra qiegħed
Il-Bord; Qed tara, ok
Christoph Schwaiger
16:48 Matthew Caruana Galizia jtemm ix-xhieda tiegħu
Christoph Schwaiger
16:48 Caruana Galizia jgħid li ma jafx min hu wara l-blogg Taste Your Own Medicine
Christoph Schwaiger
16:47 Ħa x-xhur biex jiġbor il-materjal
Christoph Schwaiger
16:46 Caruana Galizia jgħid li l-volum ta' materjal li ġabar huwa "enormi"
Christoph Schwaiger
16:45 Jgħid li Glenn Bedingfield ġieli semma l-hekk imsejjaħ Truth Project
Christoph Schwaiger
16:43 Matthew Caruana Galizia jgħid li l-kelma "Bidnija" tidher aktar minn 150 darba fil-blogg ta' Glenn Bedingfield
Christoph Schwaiger
16:39 Jgħid li darba ttella' ritratt ta' Daphne Caruana Galizia dieħla f'karozza li kienu qed isegwu l-persuni li allegatament qatluha. Fir-ritratt kien saħansitra jidher in-numru tal-pjanċa tal-karozza
Christoph Schwaiger
16:35 "Disturbanti ħafna" – Matthew Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
16:34 Matthew Caruana Galizia jkompli jispjega kif il-midja tal-PL kienet iżebblaħ lil ommu
Christoph Schwaiger
16:32 Matthew Caruana Galizia jgħid li l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Partit Laburista One kellu oqsma f'programmi iddedikati biex jattakkaw lil ommu. Jgħid li tal-ONE riedu jpenġu lil ommu bħala xi tip ta' saħħara. Jgħid li kopji ta' dawn il-filmati jinsabu wkoll fuq is-sit onlajn ta' ONE.
Christoph Schwaiger
16:31 Jgħid li kellu bżonn 100 siegħa biex idur il-blogg ta' Bedingfield.
Christoph Schwaiger
16:26 Caruana Galizia jgħid li l-blogg ta' Glenn Bedingfield tneħħa ftit wara l-assassinju ta' ommu. Jgħid li rnexxielu jsib uħud mill-artikli li tella' l-MP Laburista.
Christoph Schwaiger
16:26 Jixhed Matthew Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
16:25 Il-Bord jerġa' jidħol
Christoph Schwaiger
16:21 In-nies iqumu ftit għax għajjew bilqiegħda
Christoph Schwaiger
16:19 Il-Bord jordna pawża ta' 5 minuti
Christoph Schwaiger
16:17 Corinne Vella qalet li kien beda hekk l-imsejjaħ Truth Project bħala attentat biex jikkumbatti The Daphne Project
Christoph Schwaiger
16:16 Victoria Buttigieg toħroġ mill-Awla
Christoph Schwaiger
16:15 Vella tgħid li Gafà tella' ritratt ta' Daphne Caruana Galizia ġurnata qabel ma nqatlet. Qalet li kien qed isegwiha. Allegat li Gafà għandu konnessjonijiet mad-dinja kriminali
Christoph Schwaiger
16:14 Vella tgħid li kienet tintuża l-hashtag #GaliziaBarra. Qalet li bħal qisu l-elezzjoni kellha titfa' lil Daphne barra mill-pajjiż minkejja li ma kinitx qed tikkontesta l-elezzjoni. Tgħid li Robert Musumeci wkoll uża din il-hashtag
Christoph Schwaiger
16:09 Corinne Vella tippreżena screenshots mill-midja soċjali ta' Josef Caruana u Neville Gafà.
Christoph Schwaiger
16:05 Tintemm ix-xhieda ta' Carbone. Tixhed Corinne Vella.
Christoph Schwaiger
16:03 Dwar mistoqsija oħra Carbone jgħid li ma ngħatawx struzzjonijiet lill-ġurnalisti li ma setgħux jistaqsu dwar l-assassinju jekk iridu jintervistaw lil persuni fil-Gvern
Christoph Schwaiger
16:00 Azzopardi jistaqsi lil Carbone dwar il-laqgħa fl-Ażerbaiġan li kellu Muscat. Għaliha kien preżenti Kurt Farrugia.
Azzopardi lil Carbone: Fiha x'tidħak din?
Il-Bord iċanfar lil Azzopardi talli qed jindirizza lil Carbone u mhux lill-Bord
Christoph Schwaiger
15:59 Azzopardi jistaqsi lil Carbone dwar x'jiġri f'laqgħat jekk jinżammux noti jew minuti ta' dawn il-laqgħat. Carbone jgħid li jagħmel notamenti li mbagħad joħorġu fl-istqarrija tal-istampa
Christoph Schwaiger
15:53 Therese Comodini Cachia turih ritratt tiegħu ħdejn protesta quddiem Kastilja. Carbone jgħid li kien qed jieħu ritratt ta' attività pubblika u ġie mgħajjar "terrorist" minn ġurnalist
Christoph Schwaiger
15:51 Carbone jgħid li Keith Schembri kellu assistent personali – Kenneth Azzopardi
Christoph Schwaiger
15:50 Carbone jgħid li tkellem l-aħħar ma' Keith Schembri f'Ottubru tal-2019 għal żmien il-baġit
Christoph Schwaiger
15:50 Jerġa' jgħid li dakinhar sar kollox bħas-soltu
Christoph Schwaiger
15:49 Jidher li Carbone lest. Jorbot idejh u tidher tbissima fuq wiċċu
Christoph Schwaiger
15:49 Jagħraf lil Paul Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
15:48 Carbone għadu qed jifli r-ritratti
Christoph Schwaiger
15:46 Fil-protest, l-IĠM qal li qed jipprotesta “bil-qawwa kollha” kontra dak li seħħ fil-Berġa ta’ Kastilja “fejn numru ta’ ġurnalisti Maltin u barranin ma tħallewx joħorġu b’mod immedjat” wara l-konferenza tal-aħbarijiet li kien sejjaħ Muscat. Illum Carbone qal li ħadd ma ssakkar. Għadd ta' ġurnalisti li kien hemm fl-awla llum ma tantx dehru konvinti bil-verżjoni ta' Carbone.
Christoph Schwaiger
15:45 F'Novembru għadd ta’ ġurnalisti flimkien mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) fetħu protest il-Qorti kontra l-Prim Ministru. Dan wara li persuni li ma identifikawx ruħhom żammewhom milli joħorġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Carbone qed jifli ritratti minn dak il-lejl tal-inċident
Christoph Schwaiger
15:44 Jidentifika persuna li kien qed jarma d-dawl fil-konferenza – jismu Nigel Vella wkoll
Christoph Schwaiger
15:42 L-għajjat u t-tensjoni li kien hemm qabel naqsu hekk kif Carbone jkompli jifli r-ritratti. "Dak jien" jgħid Carbone meta jara lilu nnifsu f'wieħed mir-ritratti
Christoph Schwaiger
15:42 Jidentifika messaġġier tal-OPM Jason Bonnici
Christoph Schwaiger
15:39 Hemm xi nies qed jagħrafhom minn wiċċhom imma ma jafx x'jisimhom. Jipponta lejn wieħed li Azzopardi jgħid li huwa kanvażer ta' Ministru. Azzopardi mhux qed jemmen li Carbone ma jafx x'jismu. Ifakkru li huwa taħt ġurament
Christoph Schwaiger
15:39 Carbone jgħid li kien hemm nies oħra li kienu qed jakkumpanjaw lill-Ministri
Christoph Schwaiger
15:37 Il-Bord: Qegħdin hawn biex nagħmlu xogħolna. Wieġeb id-domandi.
Christoph Schwaiger
15:36 Carbone jidentifika lil Nigel Vella – illum Deputy Head of Government Communications. Jgħid li dakinhar Vella kien qed jgħin biex jikkoordina l-konferenza tal-aħbarijiet
Christoph Schwaiger
15:35 Fl-aħħar Carbone jibda jħares lejn ir-ritratti
Christoph Schwaiger
15:34 Jason Azzopardi: Carbone għandu l-impunità għax jaħdem Kastilja
Christoph Schwaiger
15:32 L-avukat ta' Carbone qed jgħajjat mal-Bord u qed jinsisti biex Carbone ma jweġibx
Christoph Schwaiger
15:31 Therese Comodini Cachia tissuġġerixxi li Carbone jidentifika lin-nies fir-ritratti fil-magħluq jekk jibża' minnhom
Christoph Schwaiger
15:30 F'ħin minnhom l-avukat Borg Cardona jgħid li ma tkunx idea ħażina li kieku jiġi arrestat Carbone
Christoph Schwaiger
15:30 Carbone minkejja dak kollu li qed jgħidlu l-Bord qed jibqa' ma jweġibx
Christoph Schwaiger
15:29 Il-Bord jgħid li Carbone jaf min huma n-nies
Christoph Schwaiger
15:29 Carbone lanqas ma jrid iħares lejn ir-ritratti tal-inċident
Christoph Schwaiger
15:28 Carbone qed jirrifjuta li jwieġeb. Il-Bord qed javżah għall-aħħar darba, Jgħidulu li se jkun hemm il-konsegwenzi jekk jibqa' sejjer hekk.
Christoph Schwaiger
15:27 Carbone jgħid li l-Pulizija ma bagħtux għalih dwar l-inċident
Christoph Schwaiger
15:25 Il-Bord jitlob lil Carbone jwieġeb dwar min kien qed iżomm il-bieb għal darba, tnejn, tlieta
Christoph Schwaiger
15:25 Carbone jgħid li raġel li kien qed iżomm il-bieb kien jaħdem fl-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni. Jismu Ronnie Vella
Christoph Schwaiger
15:24 Carbone jgħid li dakinhar kien moħħu fuq is-sigurtà tal-PM. Qal li meta ra li l-PM kien "safe" il-ġurnalisti tħallew joħorġu
Christoph Schwaiger
15:15 Carbone jgħid li meta daħħlu lill-ġurnalisti kien hemm dimostranti li għamlu "assalt fuq il-bibien ta' Kastilja"
Christoph Schwaiger
15:15 "Daħlu għalina Kastilja" – Carbone
Christoph Schwaiger
15:14 Il-Bord jgħajjat ma Carbone li għadu mhux qed iwieġeb
Christoph Schwaiger
15:13 Gouder jerġa' jitkellem u ma jridx lil Carbone jitkellem.
L-avukat Andrew Borg Cardona jgħid li xhud qatt ma jkollu avukat iwieġeb għalih
Christoph Schwaiger
15:13 Il-Bord jgħid lil Carbone li Malta kollha rat l-inċident li fih issakkru l-ġurnalisti. Dawk kienu security mal-PM? Kellhom awtorità jkunu hemm?
Christoph Schwaiger
15:11 Kulħadd jibda jitkellem fuq xulxin – Carbone ma jridx iwieġeb, l-avukati u l-bord iriduh iwieġeb,
Christoph Schwaiger
15:10 Charlon Gouder jerġa' jaqbeż għal Carbone biex ma jweġibx
Christoph Schwaiger
15:10 Carbone jgħid li l-ġurnalisti bl-ebda mod ma ġew imsakkrin. Jgħid li ma jridx jitkellem dwar każ li qed tinvestiga l-Pulizija
Christoph Schwaiger
15:09 Il-Bord jistaqsi lil Carbone dwar l-inċident li fih ġew imsakkrin il-ġurnalisti f'Kastilja
Christoph Schwaiger
15:08 Jgħid li mir-reception l'hemm ma jkunx hemm uffiċjali tas-sigurtà
Christoph Schwaiger
15:07 Carbone jgħid li isfel ikun hemm uffiċjali mill-AFM.
Christoph Schwaiger
15:07 Il-Bord jistaqsi lil Carbone dwar is-setup tas-sigurtà ta' Kastilja. L-avukat ta' Carbone jgħid lil bord li aħjar jistaqsu lil xi ħaddieħor
Christoph Schwaiger
15:04 Jgħid li ġieli kien involut f'diskussjonijiet politiċi dwar il-Panama Papers, bħal pereżempju jgħidu li jkun wasal iż-żmien jiċħdu xi ħaġa
Christoph Schwaiger
15:03 Il-Bord: Qatt iddiskutejt il-Panama Papers?
Carbone: Meta konna se nkunu se noħorġu stqarrija
Christoph Schwaiger
15:00 Il-Bord: Qatt iddiskutejtu rapporti dwar l-FIAU?
Carbone: Mill-ġdid le. Kont niġi involut meta kienet se toħroġ xi stqarrija
Christoph Schwaiger
14:58 Carbone jgħid li qatt ma rah lil Fenech. Jgħid li qabel lanqas biss kien jagħrfu li kieku kien jarah
Christoph Schwaiger
14:58 Il-bord ifakkar lil Carbone li qiegħed taħt ġurament
Christoph Schwaiger
14:57 Carbone jgħid li qatt ma ra lil Yorgen Fenech f'Kastilja
Christoph Schwaiger
14:57 Il-bord jistaqsi lil Carbone jekk qattx iddiskutew lil Yorgen Fenech u 17 Black. Carbone ixengel rasu u mbagħad jgħid le.
Christoph Schwaiger
14:56 Carbone jgħid li ma jafx b'okkażjoni li fiha ġurnalisti ta' The Shift ma tħallewx jidħlu f'attivitajiet tal-Gvern
Christoph Schwaiger
14:55 Il-bord jistaqsi lil Carbone għalfejn is-sit The Shift ma jirċevix informazzjoni dwar meta jkunu se jsiru attivitajiet tal-Gvern
Christoph Schwaiger
14:54 Dwar il-każ li qed jitkellem dwaru Carbone, Joseph Muscat kien instab ħati li kiser il-kodiċi tal-etika tal-ministri
Christoph Schwaiger
14:52 Carbone jgħid li jaf li darba kien hemm każ fejn intqal li stiednu kmamar tal-midja u mhux oħrajn
Christoph Schwaiger
14:51 Carbone: Kull meta jkun hemm invit għall-midja toħroġ mid-DOI.
Christoph Schwaiger
14:50 Carbone jgħid li ġieli kkonsultaw mal-AG dwar FOIs
Christoph Schwaiger
14:47 Carbone jgħid li ġieli kien ikkonsultat f'talbiet tal-FOI li kienu jsiru. Jgħid li ma jafx min kien jieħu d-deċiżjoni finali dwarhom. Meta kienu jiġu għandu kien jagħti l-fehma tiegħu fuq il-kontenut tad-domanda.
Christoph Schwaiger
14:47 Il-bord: Ġieli smajt bit-Truth Project?
Carbone: Ġieli smajt bih imma ma nafx dwaru
Christoph Schwaiger
14:46 Carbone jgħid li ġieli ltaqa' ma' ġurnalisti barranin. Kien jiddiskuti magħhom is-sitwazzjoni politika. Jgħid li kienu jkunu laqgħat informali.
Christoph Schwaiger
14:45 Jgħid li l-uffiċċju tiegħu joħroġ stqarrijiet abbażi ta' dak li jkun irid jgħid il-PM.
Christoph Schwaiger
14:43 Jgħid li ma kellux irwol fit-tixrid ta' din ix-xnigħa. Jgħid li l-ebda ġurnalist ma kien kellmu dwarha
Christoph Schwaiger
14:42 Il-Bord: Smajna li l-assassinju kien marbut mat-traffikar taż-żejt. Kellek xi rwol f'din ix-xnigħa?
Carbone: Dwar is-sinjura Caruana Galizia naf dak li hemm fid-dominju pubbliku
Christoph Schwaiger
14:42 Jgħid li ma kellux impjieg ieħor f'dan iż-żmien.
Christoph Schwaiger
14:41 Carbone jgħid li bħalissa huwa l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern. Ilu f'din il-kariga minn Awwissu 2019.
Christoph Schwaiger
14:39 L-avukat Charlon Gouder se jkun qed jassisti lil Matthew Carbone. Carbone jitla' biex jibda jixhed.
Christoph Schwaiger
14:38 Therese Comodini Cachia tgħid li ħejjiet dossier dwar Josef Caruana. Tippreżentah lill-bord. Hemm diversi screenshots tal-Facebook u ta’ Twitter ta’ Caruana jew inkella editorjali tiegħu. Caruana kien l-editur tal-gazzetta l-Orizzont
Christoph Schwaiger
14:34 Victoria Buttigieg tidħol fl-awla. Qabel kienet taħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Issa hija l-Avukat tal-Istat.
Christoph Schwaiger
14:34 Jidħol il-bord tal-inkjesta
Christoph Schwaiger
14:30 Il-fotografu ta' Newsbook tinfurmana li Matthew Carbone u Josef Caruana deħlin il-Qorti
Christoph Schwaiger
14:29 Jidħol Peter Caruana Galizia – ir-raġel ta' Daphne li huwa wkoll avukat
Christoph Schwaiger
14:26 Jidħol l-MP tal-PN Karol Aquilina u jpoġġi fuq bank fuq wara.
Christoph Schwaiger
14:25 Tidħol l-avukat Therese Comodini Cachia u tpoġġi ħdejn Azzopardi ma' mejda f'nofs l-awla
Christoph Schwaiger
14:21 Uffiċjal tal-Qorti jara li l-mikrofonu qed jaħdem. L-avukat Jason Azzopardi jidħol u jirranġa l-karti tiegħu.
Christoph Schwaiger
14:15 L-awla tinfetaħ u n-nies jidħlu
Christoph Schwaiger
13:59 Il-wara nofsinhar it-tajjeb. Il-ġurnalisti jibdew jinġabru fil-Qorti. Neville Gafà wasal ukoll.
Christoph Schwaiger

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • L-eks Segretarju Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier jgħid li avviċinah Paul Apap Bologna fl-2009, bi pjan għal powerstation taħdem bil-gass. Stqarr li Gvern Nazzjonalista rrifjutah.
  • Borg Olivier xebbah din il-powerstation ma’ dik li ħoloq il-Gvern Laburista; “kważi identika”
  • Borg Olivier qal li Henley and Partners avviċinat lill-Gvern Nazzjonalista iżda dan irrifjuta li jkun involut f’bejgħ ta’ passaporti
  • Caroline Muscat, ġurnalista u fundatriċi ta’ The Shift News irrakkuntat moniteraġġ li wettaq The Shift News fuq gruppi ta’ Laburisti fuq Facebook li xerrdu stejjer foloz fuq Daphne, anke wara mewtha
  • Muscat issemmi li Josef Caruana, Tony Zarb, Jeffrey Pullicino Orlando, Mark Farrugia, Rosianne Cutajar, Neville Gafà, Glenn Bedingfield, kif ukoll Karl Stagno Navarra kienu attivi f’dawn il-gruppi
  • Monique Agius u Miguela Xuereb minn Newsbook.com.mt xehdu dwar drabi meta ngħataw fastidju waqt xogħolhom: Fil-lejl bejn it-28 u d-29 ta’ Novembru 2019 inżammu msakkrin f’Kastilja wara konferenza tal-aħbarijiet fit-3am. Magħħhom kien hemm ġurnalisti oħra u Matthew u Paul Caruana Galizia.
  • “Irġiel li ma ridux jidentifikaw ruħhom imblukkaw il-bibien għal madwar 7 minuti” – Agius u Xuereb minn Newsbook.com.mt

Min hu Neville Gafà?