Gafà jgħid li ma ħax ir-ritratt ta’ Daphne jum qabel l-assassinju

Miguela Xuereb

Read in English.

L-eks uffiċjal tal-OPM Neville Gafà se jkun qed jixhed fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Xi spikka fis-seduta tal-lum?

  • Neville Gafà jgħid li kien jgħin lil Joseph Muscat “għax kien jirċievi ħafna imejls”
  • Gafà jgħid li ilu ħabib ma’ Keith Schembri mill-2008; ġieli jmorru jimxu flimkien
  • Gafà jikkonferma li tefa’ ritratt dwar Daphne ġurnata qabel ma nqatlet – jgħid li ma ħadux hu
  • “Kont nafha lil Daphne, qabel ma dħalt fil-politika kellna relazzjoni tajba” – Gafà
  • Gafà jgħid li Keith Schembri kien inkwetat meta tilef il-mowbajl

Xi spikka fix-xhieda ta’ Nigel Vella?

  • Nigel Vella mwissi kemm-il darba li kien qed jixhed b’ġurament
  • L-imġieba ta’ Vella fil-Qorti deskritta bħala “arroganti” mill-Bord tal-Inkjesta
  • Vella jgħid li qatt ma tkellem dwar l-assassinju ma’ Keith Schembri
  • Vella akkużat mill-Bord li mhux qed jixhed sew
  • Vella jikkonferma li kiteb blogg fuq il-midja tal-PL waqt li kien uffiċjal pubbliku

16:47 Is-seduta tal-lum tintemm hawn. Dalwaqt se nelenkaw il-punti li spikkaw fl-awla. Grazzi talli segwejtuna.
Christoph Schwaiger
16:40 L-avukati u l-bord qed jiddiskutu min se jitla' jixhed fis-seduti li jmiss
Christoph Schwaiger
16:39 Is-smigħ li jmiss se jkun nhar il-Ġimgħa fid-9 am. Mistenni jixhed l-MP Glenn Bedingfield
Christoph Schwaiger
16:37 Tintemm ix-xhieda ta' Gafà
Christoph Schwaiger
16:35 Gafà jgħid li flimkien ma' Keith Schembri kienu jduru rapporti fil-midja kull filgħodu. Jgħid li kien parti minn xogħlu
Christoph Schwaiger
16:34 Gafà jgħid li Keith Schembri qatt ma kellmu dwar l-allegat involviment ta' Chris Cardona fil-ħlasijiet dwar l-assassinju. Jgħid li ma qallux li Cardona qed jirranġa għadd ta' kontejners tal-kuntrabandu biex jitħalsu ċertu nies
Christoph Schwaiger
16:32 Gafà jgħid li Kenneth Camilleri kien parti mis-security services
Christoph Schwaiger
16:31 Gafà jgħid li Kenneth inbidel wara li ħarġu l-allegazzjonijiet dwaru
Christoph Schwaiger
16:30 Azzopardi jgħid li mhux qed jemmen lil Gafà meta dan qed jgħix li qatt ma tkellem mal-ħabib tiegħu Kenneth dwar l-allegat involviment tiegħu fl-assassinju
Christoph Schwaiger
16:29 Gafà jgħid li Kenneth Camilleri ma kienx ikun armat meta kienu siefru
Christoph Schwaiger
16:28 Gafà jgħid ma staqsiex lil Kenneth dwar l-involviment tiegħu fl-assassinju minkejja li ssemma fil-midja. Gafà jgħid li ma ltaqax ma' Melvin Theuma
Christoph Schwaiger
16:27 Jgħid li ltaqa' ma' Kenneth Camilleri f'Novembru u Diċembru 2019
Christoph Schwaiger
16:24 Gafà jgħid li Keith Schembri kien inkwetat meta tilef il-mowbajl. Jgħid li Schembri ma qallux li rrifjuta jagħti dettalji lill-pulizija dwar il-mowbajl
Christoph Schwaiger
16:18 Jgħid li meta skoprew fejn kienu d-dgħajjes kienu jgħidu lill-awtoritajiet Libjani
Christoph Schwaiger
16:18 Jgħid li dan ma kienx push-back
Christoph Schwaiger
16:17 Gafà jgħid li bl-intervent tiegħu fil-Libja twaqqfu eluf ta' immigranti milli jidħlu Malta
Christoph Schwaiger
16:14 Jgħid li ġieli neħħa affarijiet li kiteb dwar Daphne wara li ta fuqu ġibdulu l-attenzjoni
Christoph Schwaiger
16:13 Gafà jgħid li kien jara nies mal-Ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien Anton Refalo
Christoph Schwaiger
16:11 Gafà jgħid li Fearne ħassarlu l-kuntratt mingħajr spjegazzjoni wara
Christoph Schwaiger
16:11 Gafà kien jaħdem Gwardamangia. Fuq talba tiegħu wara mar jaħdem Għawdex fuq ftehim ma' Chris Fearne.
Christoph Schwaiger
16:09 Jibda jistaqsi Jason Azzopardi
Christoph Schwaiger
16:07 Gafà jgħid li tkellem ma' Keith Schembri dwar ir-riżenja ta' Schembri
Christoph Schwaiger
16:06 Gafà jgħid li ġieli kien imur jimxi ma' Keith Schembri
Christoph Schwaiger
16:04 Jinstab li Gafà għamel shares mill-blogg The Truth Project. Qabel qal li sar jaf bih fl-aħħar ġimgħat. Ix-shares li għamel kienu fl-2018.
Comodini Cachia: Għalija, l-2018 mhux "dan l-aħħar"
Christoph Schwaiger
16:02 Gafà jgħid li qatt ma qabbel il-funeral ta' Caruana Galizia ma' Karnival
Christoph Schwaiger
16:00 Gafà jgħid li darba ra lil Caruana Galizia l-Belt. Tella' ritratt meħud minn dakinhar. Jgħid li mhux hu ħadu r-ritratt.
Therese Comodini Cachia; Jiġifieri inti tridna nemmnuk?
Gafà: Iva, qiegħed taħt ġurament
Christoph Schwaiger
15:57 Jgħid li l-uffiċjali tas-sigurtà ta' Muscat jaqgħu taħt is-servizz sigriet
Christoph Schwaiger
15:57 Gafà jgħid li l-AFM tieħu ħsieb is-sigurtà ta' Kastilja
Christoph Schwaiger
15:56 Gafà jgħid li kien hemm żmien fejn it-tfal tiegħu ma kinux imorru xogħol minħabba dak li kitbet fuqu
Christoph Schwaiger
15:55 Gafà jgħid li missieru kellu stroke minħabba dak li kitbet dwaru Daphne 3 snin ilu
Christoph Schwaiger
15:53 Gafà jgħid li kien jaf lil Caruana Galizia. Kien qdiha minn ħanut fil-Belt tan-nuċċalijiet. Jgħid li qabel ma daħal fil-politika kellhom relazzjoni tajba.
Christoph Schwaiger
15:52 Gafà jgħid li ma jafx għalfejn in-nies kienu jibagħtulu ritratti ta' Daphne, f'risposta għal mistoqsija ta' Comodini Cachia
Christoph Schwaiger
15:50 Gafà jgħid li jaf li Yorgen Fenech u Keith Schembri huma ħbieb kbar. Jgħid li qatt ma rahom id-dar ta' xulxin
Christoph Schwaiger
15:49 Gafà jgħid li dak li jaf dwar 17 Black jafu mill-midja. Jgħid li ma ddiskutiex 17 Black ma' Keith Schembri.
Christoph Schwaiger
15:48 Bord: Meta sar l-assassinju taf jekk kienx hemm min ħa pjaċir?
Gafà: Ma rajtx ċelebrazzjonijiet. Anzi nies inkwetati rajt
Christoph Schwaiger
15:47 Gafà jgħid li tefa' ritratt dwar Daphne ġurnata qabel ma nqatlet. Jgħid li rċevieh minn nies li kienu l-Furjana
Christoph Schwaiger
15:46 Gafà jgħid li qatt ma attenda briefings dwar l-assassinju ta' Caruana Galizia.
Christoph Schwaiger
15:43 Jikkonferma li kellu passaport diplomatiku mill-OPM. Jgħid li użah darba biss biex imur il-Libja. Jgħid li qatt ma siefer ma' Keith Schembri. Jgħid li qatt ma ltaqa' ma' Schembri f'xi pajjiż barra minn Malta. Jgħid li ilu jaf lil Joseph Muscat 35 sena
Christoph Schwaiger
15:41 Gafà qal li kien għamel żmien jaħdem fil-Ministeru għal Għawdex. Kien jara lin-nies dwar diversi affarijiet
Christoph Schwaiger
15:40 Gafà jgħid li hemm libelli pendenti tiegħu kontra Caruana Galizia. Jgħid li dwaru m'hemmx kawżi kriminali miftuħin.
Christoph Schwaiger
15:38 Gafà jgħid li darba ppubblika n-numru tat-telefon ta' Caruana Galizia fuq Facebook
Christoph Schwaiger
15:36 Gafà jgħid li l-kitba agħar mir-ritratti. Ippreżenta ritratti li kienet tellgħet dwaru Daphne.
Christoph Schwaiger
15:35 Gafà jgħid li kien hemm mijiet ta' accounts li kienu jtellgħu r-ritratti ta' Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
15:33 Gafà ma jiftakarx għalfejn kien itella' l-istess ritratt ta' Caruana Galizia ripetutament
Christoph Schwaiger
15:33 Gafà jgħid li qatt ma ġibed ritratti ta' Daphne Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
15:32 Gafà: Daphne bdiet tikteb fuqi. Biex nirritalja ktibt fuqha
Christoph Schwaiger
15:31 Gafà jgħid li Daphne kienet ippubblikat ritratti tal-familja tiegħu fuq il-blogg tagħha. Jgħid li Daphne ħadet ir-ritratti mill-midja soċjali tiegħu
Christoph Schwaiger
15:30 Gafà jgħid li wieħed mill-kontijiet tal-midja soċjali tiegħu kien ġie ħħekjat fil-passat
Christoph Schwaiger
15:29 Gafà jgħid li huwa ħabib ta' Kenneth Camilleri – kien parti mit-tim tas-sigurtà ta' Muscat
Christoph Schwaiger
15:29 Gafà jgħid li Adrian Vella huwa t-tabib tiegħu. Jikkonferma li huwa l-istess tabib ta' Schembri
Christoph Schwaiger
15:27 Gafà jgħid li ilu ħabib ma' Keith Schembri mill-2008. Bdew jaħdmu flimkien fil-kampanja biex Muscat jinħatar mexxej tal-PL
Christoph Schwaiger
15:26 Il-Bord jistaqsi lix-xhud jispjega x'jiġifieri Projects Coordinator. Jgħid li Muscat kien jirċievi ħafna emails. Kien jgħin lil Muscat ma' dawk relatati mas-saħħa
Christoph Schwaiger
15:26 Kien jaħdem bħala Projects Coordinator mal-PM. Kien jaħdem fit-tieni sular f'Kastilja – l-istess bħal Muscat.
Christoph Schwaiger
15:24 Jgħid li dejjem kien Person of Trust. Jgħid li dejjem kien taħt l-OPM, anke meta kien fil-Ministeru għas-Saħħa
Christoph Schwaiger
15:23 Jgħid li bħalissa ma jaħdimx. Fl-2013 kien Projects Director tal-FMS. Kien beda fl-OPM. Imbagħad ġie assenjat fil-Ministeru għas-Saħħa.
Christoph Schwaiger
15:21 Jibda jixhed Neville Gafà
Christoph Schwaiger
15:21 Tintemm ix-xhieda ta' Corinne Vella
Christoph Schwaiger
15:19 Vella tispjega lill-Bord dwar kif jaħdem Facebook
Christoph Schwaiger
15:17 Vella tgħid li Gafà ġieli tella' ritratti ta' Daphne mingħajr messaġġ. Vella tistaqsi għalfejn persuna tasal biex ittella' ritratt ta' xi ħadd li m'għandhiex relazzjoni miegħu mingħajr messaġġ jakkumpanjah.
Christoph Schwaiger
15:12 Corinne Vella , oħt Daphne, tippreżenta dokument supplementari. Fih screenshots dwar posts tal-midja soċjali ta' Neville Gafà. Tgħid li sabet żewġ accounts ta' Facebook ta' Gafà. Tgħid li hemm ukoll Facebook Page ta' Gafà
Christoph Schwaiger
15:11 Vella jtemm ix-xhieda tiegħu. Miegħu joħroġ l-avukat Charlon Gouder
Christoph Schwaiger
15:10 Vella jikkonferma li kiteb blogg għall-midja tal-PL waqt li kien jaħdem fl-OPM.
Christoph Schwaiger
15:08 Vella jgħid li Keith Schembri kien il-campaign manager tal-elezzjoni
Christoph Schwaiger
15:07 Vella jgħid li ggradwa fl-istorja – B.A. (Hons.)
Christoph Schwaiger
15:05 Vella jgħid li kellu uffiċċju fir-raba' sular tal-kwartieri tal-PL. Jgħid li kellu code biex jiftaħ il-bieb. Mhux kulħadd kellu aċċess.
Christoph Schwaiger
15:04 Comodini Cachia tistaqsi lil Vella jekk kinux jittieħdu minuti ta' laqgħat mal-ministri. Vella jgħid li ġieli kienu jieħdu noti biex jużawhom għall-istqarrijiet
Christoph Schwaiger
14:57 Therese Comodini Cachia tistaqsi lil Vella dwar ritratt li fih jidher ma' Keith Schembri
Christoph Schwaiger
14:56 Vella jgħid li identifika lil dawk in-nies li jaf fir-ritratti. Imma mhux qed jagħraf lil kulħadd. Il-Bord jgħid li jaħseb li Vella jaf min huma
Christoph Schwaiger
14:55 Bord: Jiġiferi jekk tara lil xi ħadd joqtol lil xi ħadd ieħor ma tagħmel xejn għax mhux xogħlok?
Christoph Schwaiger
14:55 Il-Bord jistaqsi lil Vella kif ma għamel xejn meta ra nies li ma jafx f'Kastilja. Vella jgħid li m'għamel xejn għax mhux xogħlu
Christoph Schwaiger
14:51 Il-Bord qed isibha diffiċli jifhem kif ħadd minn dawk li jaħdmu f'Kastilja ma jafu min kienu dawk in-nies li kienu qed iżommu lill-ġurnalisti msakkrin
Christoph Schwaiger
14:50 Għal darb'oħra Vella jiġi mwissi li qiegħed taħt ġurament.
"Nispera li taf x'inhuma l-konsegwenzi," jgħid il-Bord.
Christoph Schwaiger
14:50 Il-Bord jistaqsi lil Vella biex ikompli jidentifika lin-nies tar-ritratti. Hemm nies minnhom qed jgħid li ma jafx min huma jew minn fejn jafhom
Christoph Schwaiger
14:47 Vella jgħid li dawk l-irġiel li kienu qegħdin mal-bieb dak il-lejl lilu ma għamlulu xejn.
Christoph Schwaiger
14:47 "M'aħniex qegħdin fuq il-Monti", il-Bord lil Vella
Christoph Schwaiger
14:47 Il-Bord iwissi lil Vella li se jinstab ħati ta' disprezz lejn il-Qorti jekk jibqa' sejjer bl-aġir "arroganti" tiegħu.
Christoph Schwaiger
14:46 Il-Bord jgħid lil Vella biex ma jkunx arroganti. Vella jiġi akkużat li qed jikkontradixxi lilu nnifsu.
Christoph Schwaiger
14:44 Comodini Cachia ssemmi li ħareġ rapport mill-Kummissarju għall-Istandards – dan kien sab lil Muscat ħati ta' ksur ta' etika
Christoph Schwaiger
14:43 Vella jiġi mistoqsi dwar jekk qattx ġew esklużi kmamar tal-midja minn konferenzi tal-aħbarijiet. Ma jweġibx iva jew le.
Christoph Schwaiger
14:41 Vella se jintalab iħares lejn ritratti li ttieħdu dakinhar tal-inċident biex jara jidentifikax lil xi nies
Christoph Schwaiger
14:39 Il-Bord jgħid li Vella mhux qed jixhed sew.
Christoph Schwaiger
14:39 Il-Bord: Ma jistax ikun (dwar l-attitudni ta' Vella)
Christoph Schwaiger
14:38 Vella ma jweġibx
Christoph Schwaiger
14:38 Il-Bord: Setgħu joħorġu l-ġurnalisti – iva jew le?
Christoph Schwaiger
14:37 Vella jgħid li kienet prassi normali
Christoph Schwaiger
14:37 Vella jgħid li l-ebda ġurnalist ma nżamm
Christoph Schwaiger
14:36 Il-Bord: Jien nagħmilhom id-domandi
Christoph Schwaiger
14:35 Il-Bord jistaqsi lil Vella dwar dakinhar li l-ġurnalisti ssakkru f'Kastilja. Vella mhux qed iwieġeb lill-bord, u l-bord jirrabja miegħu
Christoph Schwaiger
14:34 Il-Bord: Bil-ġurament qed tgħid li ma taf xejn
Christoph Schwaiger
14:34 Il-Bord ifakkar għal darb'oħra lil Vella li qiegħed taħt ġurament
Christoph Schwaiger
14:33 "Għalfejn inti mħallas jekk ma tagħtix feedback?" jistaqsi l-Bord
Christoph Schwaiger
14:32 Skont Vella, qatt ma saru diskussjonijiet. Il-bord qed jistaqsi dwar x'kien jintqal wara l-kwinti. Vella jibqa' jgħid l-istess ħaġa. Il-Bord mhu impressjonat xejn.
Christoph Schwaiger
14:31 Il-Bord ikompli jipressa lil Vella.
Il-Bord: Qed nifhmuk aktar milli taħseb inti
Christoph Schwaiger
14:29 Vella jiddeskrivi l-qtil bħala "avveniment".
"Avveniment?!" jistaqsi l-Bord. "Dan kien assassinju," jgħid il-Bord.
Christoph Schwaiger
14:27 Vella jgħid li dak li jaf dwar 17 Black jafu mill-midja.
"Possibli qatt ma ddiskutejt xejn dwar 17 Black?" jistaqsi l-Bord lil Vella hekk kif jgħid li qatt ma ddiskuta l-każ mal-kollegi tiegħu
Christoph Schwaiger
14:27 Il-Bord jistaqsi lil Vella jekk qattx tkellem ma' Keith Schembri dwar l-assassinju. "Le," jgħid Vella
Christoph Schwaiger
14:25 Jgħid li saru ħafna intervisti. Jgħid li ma sarux kundizzjonijiet fuq il-ġurnalisti
Christoph Schwaiger
14:24 Il-Bord jgħid li għandhom evidenza li turi li Vella għamel shares minn dawn il-bloggs. Vella jiċħad.
Christoph Schwaiger
14:24 Il-Bord javża lil Vella li qiegħed taħt ġurament. Jaqbduh f'kontradizzjoni
Christoph Schwaiger
14:23 Vella jgħid li l-blogg Taste Your Own Medicine sema' bih reċentament ukoll mill-midja
Christoph Schwaiger
14:22 Il-bord jistaqsi lil Vella jekk jafx x'inhu t-Truth Project. Jgħid li sar jaf bih minn rapporti fil-midja din il-ġimgħa.
Christoph Schwaiger
14:22 Vella: Fuq dik l-istorja lili ħadd ma qalli xejn
Christoph Schwaiger
14:21 Vella jgħid li sa fejn jaf hu qatt ma kien hemm tentattiv biex ikun hemm xnigħat biex l-assassinju ta' Caruana Galizia jintrabat mat-traffikar taż-żejt
Christoph Schwaiger
14:21 Vella jgħid li ġieli ltaqa' mal-edituri tal-ġurnali
Christoph Schwaiger
14:20 Jgħid li xogħlu huwa dwar il-komunikazzjoni mhux il-policy
Christoph Schwaiger
14:19 Vella jgħid li ma jistax jagħti stima ta' kemm-il darba jinżel fit-tieni sular. Jgħid li n-numru jvarja
Christoph Schwaiger
14:19 Jgħid li jaħdem fit-3 sular ta' Kastilja
Christoph Schwaiger
14:18 Vella jgħid li qatt ma ra lil Yorgen Fenech f'Kastilja. Qal li sar jaf min hu mill-midja
Christoph Schwaiger
14:18 Vella: Li jitolbuni nagħmel
Christoph Schwaiger
14:17 Jgħid li ma kienx involut fil-kontenut tal-konferenza tal-aħbarijiet li saret dakinhar tal-assassinju ta' Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
14:15 Jgħid li ġieli kiteb xi stqarrijiet hu.
Christoph Schwaiger
14:15 "Xogħli hu li noħroġ l-informazzjoni li jkun hemm bżonn tinħareġ". Jgħid li jimxi fuq l-ordnijiet ta' Matthew Carbone
Christoph Schwaiger
14:13 Vella bħalissa jaħdem Kastilja – Deputy Head of Government Communications. Qabel kien jaħdem f'Kastilja wkoll fit-tim tal-komunikazzjoni ma' Kurt Farrugia. Bejn l-2013 u l-2017 kien fit-tim tal-komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Christoph Schwaiger
14:12 Jibda jixhed Nigel Vella
Christoph Schwaiger
14:12 Buttigieg tippreżenta xi risposta bil-miktub. Ma nafux x'hemm fiha
Christoph Schwaiger
14:08 B'kollox hawn madwar 25 persuna fl-awla – fosthom avukati, ġurnalisti, u membri tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
14:05 L-uffiċjali tal-qorti jieħdu posthom
Christoph Schwaiger
14:03 Dr Victoria Buttigieg (l-Avukata tal-Istat) qiegħda hawn
Christoph Schwaiger
14:00 Nidħlu fl-awla
Christoph Schwaiger
13:54 Il-wara nofsinhar it-tajjeb lil kulħadd. In-nies bdew jinġabru biex isegwu s-smigħ tal-lum tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.
Christoph Schwaiger

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Għajat u tensjoni fil-Qorti: Matthew Carbone jirreżisti li jwieġeb
  • Matthew Carbone jgħid li qatt ma ra lil Yorgen Fenech Kastilja
  • Carbone jgħid li l-aħħar li tkellem ma’ Keith Schembri kien f’Ottubru 2019
  • Oħt Daphne, Corinne Vella: “Gafà tella’ ritratt ta’ Daphne jum qabel ma nqatlet; kien isegwiha”
  • Matthew Caruana Galizia: “Il-kelma “Bidnija” tidher aktar minn 150 darba fil-blogg ta’ Glenn Bedingfield”
  • Il-Bord ma jippermettix li Caruana jiġi mistoqsi dwar is-server JosephMuscat.com

Min hu Neville Gafà?