Ritratti: Neverland ta’ Michael Jackson tinbiegħ bi prezz baxx

Neverland. Ritratt: Carolyn Kaster

Il-proprjetà ta’ Michael Jackson Neverland Ranch fl-aħħar inxtrat wara li l-prezz tagħha niżel minn $100 miljun għal $22 miljun. Il-proprjetà, li tinsab madwar 40 mil minn Santa Barbara, inxtrat mill-biljunarju Amerikan Ron Burkle, persuna fin-negozju tal-bini li kien jaf lill-kantant. Il-proprjetà kienet ilha fis-suq għal ħames snin u esperjenzat bosta tnaqqis fil-prezz  sakemm waslet biex tinbiegħ.

Jackson oriġinarjament xtara l-proprjetà fl-1987 u kien ħallas madwar $19.5 miljun. Imbagħad beda jdawwarha f’post tal-għaġeb u saret kważi famuża daqsu stess. Wara l-allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali kontra Jackson u l-mewt tiegħu fl-2009, il-propjetà ngħatat l-isem ġdid ta’ Sycamore Valley Ranch u fl-2015 intalab  il-prezz ta’ $100 miljun għaliha. Il-prezz tal-proprjetà beda nieżel u sas-sena l-oħra kien spiċċa $31 million in February 2019.

Sycamore Valley Ranch hija fuq medda ta’ 2,700 ettaru b’villa lussuża ta’ 12,000 pied kwadru u tinkludi ċinema b’50 siġġu, pool house ta’ 3,700 pied kwadru u swimming pool, tennis court, stazzjon tal-ferrovija ċkejken u zoo.