Neuer reġa’ beda jitrenja

Kemm il-kowċ tat-tim nazzjonali Ġermaniż Joachim Loew kif ukoll dak ta’ Bayern Munich Jupp Heynckes irċevew aħbar tajba hekk kif il-gowlkiper ta’ esperjenza Manuel Neuer reġa’ beda jitħarreġ mat-tim mill-Bavarja wara l-injury gravi illi sofra sitt xhur ilu. Dan kien l-istess żmien illi l-gowlkiper ta’ 32 sena kellu jagħmel barra hekk kif lanqas kellu ċ-ċans illi jibda l-istaġun b’mod normali.
Hekk kif ilbieraħ Neuer iċċelebra għeluq żmienu, hu xtaq iwassal din l-aħbar permezz ta’ post fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter.
Sadanittant anke fuq is-sit tal-klabb minn Munich ġie kkonfermat li Neuer reġa’ niżel għat-taħriġ fejn il-fitness coach tiegħu Thomas Wilhelmi sostna illi l-captain Ġermaniż għamel żewġ sessjonijiet ta’ ġiri ta’ 10 minuti l-waħda.