Filmat: Netta tiżloq… it-taraġ u fl-imħatri

Il-kantanta tal-Iżrael Netta waqgħat it-taraġ hi u nieżla minn fuq il-palk tal-Eurovision.
Dan jidher f’filmat li qed idur fuq Facebook li jidher li ttieħed fejn kien hemm xi Maltin li jinstemgħu jitkellmu.
Il-kantanta li permezz tal-kanzunetta Toy qed ixxerred messaġġ pożittiv kontra d-diskriminazzjoni tal-mara, ta' mara soda li hi, tbissmet, qamet, tfarfret u kompliet miexja qisha mhix hi.
Sa lbieraħ Netta kienet il-favorita Netta li tirbaħ il-festival skont id-djar tal-imħatri. Pero’ apparti t-taraġ, wara s-semifinali ta’ lbierah, Netta żelqet għat-tieni post u qabilha issa hemm il-kantanta ta’ Ċipru li qed tissemma’ bħala l-favorita li tirbaħ il-Festival.
Christabelle Borg illejla jkollha l-ewwel parti tal-eżami fejn quddiem il-ġurija tkanta Taboo.
Għada imbagħad il-verdett ikun f’idejn il-poplu bit-tama li Borg tagħmilha għall-final tas-Sibt li ġej.
Newsbook.com.mt u RTK jibqa’ jaġġornak bl-aħħar żviluppi mill-Portugall.