Netflix se tgħolli l-prezzijiet

Netlix għolliet il-prezzijiet tagħha fir-Renju Unit u l-Istati Uniti u mistennija żżid il-prezz tas-sħubija f’xi pajjiżi Ewropej ukoll.
Iż-żieda mħabbra kienet l-ewwel waħda f’sentejn u jidher li l-prezzijiet se jogħlew mhux ħażin.
Fir-Renju Unit, minn jirreġistra għall-istandard plan minn 50p se jibda jħallas £7.99 fix-xahar
Basic subscription fir-Renju Unit, li ma tippermettix li wieħed jara film HD, se tibqa £5.99 fix-xahar.
Iż-żieda se tkun qed tapplika immedjatament għall-konsumaturi ġodda, filwaqt li dawk diġà huma rreġistrati se jkunu infurmati biż-żieda minn 30 ġurnata qabel.
Il-Ġermanja u Franza huma fost il-pajjiżi l-oħra fejn Netlifx se tgħolli l-prezzijiet tagħha.
F’Lulju li għadda, Netflix qalet li għandha 104 miljun membru minn madwar id-dinja u fit-tieni kwart ta’ din is-sena d-dħul tagħha żdied bi 32% għal $2.8 biljun.