Netflix jolqot il-musmar fuq rasu b’Lupin

Omar Sy Lupin
Omar Sy fis-sensiela Lupin fuq Netflix

Frisk mis-suċċess tas-sensiela Brigerton, Netflix jidher li se fetaħ is-sena l-ġdida b’suċċess ieħor fuq idejh permezz tas-sensiela Lupin hekk kif fl-aħħar jiem ittellgħu l-ewwel ħames puntati mill-ewwel staġun.

Il-pubbliku, anke hawn Malta, laqa’ lil Lupin f’daru u fl-ewwel ġranet is-sensiela qegħda mal-aktar produzzjonijiet popoolari u segwiti fost dawk abbonati.

Din il-produzzjoni Franċiża ġiet tradotta fuq Netflix bi tmien lingwi bl-attur Omar Sy ta’ The Untouchables, Jurassic World u X-Men: Days of Future Past fil-parti ewlenija.

L-istorja hija bbażata fuq il-karattru msemmi Arsène Lupin. Il-karattru beda l-ewwel darba meta l-kittieb Franċiż Maurice Leblanc kiteb stejjer qosra lura fl-1905, L-istejjer qosra dehru fil-magażin Franċiż dak iż-żmien imsejjaħ “Je sais tout.”

Minn dakinhar il-karattru ta’ Lupin deher f’total ta’ 17-il novella kif ukoll f’39 stejjer qosra, flimkien ma’ ħafna iktar kotba minn kittieba oħra wkoll.

Netflix Iddeskriviet is-sensiela bħala “Ispirat mill-avventuri ta’ Arsène Lupin, il-ħalliel ġentili Assane Diop jitlaq biex jivvendika lil missieru għal inġustizzja kkawżata minn familja sinjura.”

Maħluq fl-1905 mill-kittieb Franċiż Maurice Leblanc, il-karattru tal-ħalliel ġentlom Arsène Lupin minn dakinhar kien protagonist f’ħafna stejjer  madwar id-dinja, inkluż bħala n-nannu tal-karattru tat-titlu fis-serje manga u anime Lupin III, li aktar tard ġiet adattata minn Hayao Miyazaki fil-film tal-1979 The Castle of Cagliostro, u anke fil-video game Persona 5.

Id-debutt fuq Netflix kein wieħed ta’ success u l-msitoqsija fuq fomm kulħadd hija “meta se jkunu qed jixxandru l-ħames episodji li jmiss tal-ewwel staġun?”

Netflix s’issa għadu ma għamel xejn uffiċjali imma jingħad li sa nofs din is-sena se nkunu qed naraw il-ħames episodji li jmiss, bil-posssibbilità li s-sensiela tiġġedded għat-tieni staġun li titwassal fis-sena 2022.