Netflix jixtri 80 produzzjoni mingħand ir-RAI

Il-produzzjonijiet Taljani se jkunu qed jiżdiedu fuq Netflix wara li ntlaħaq ftehim bejn id-diriġenti ta’ din il-pjattaforma mal-istazzjon nazzjonali Taljan. B’kollox hemm 80 film li se jkunu aċċessibbli fuq Netflix sal-2023.

Minn dak li qed jingħad, Netflix se jħallas lir-RAI is-siomma ta’ €2.7 miljun.

Fost il-films li Netflix se jkun akkwista mingħand ir-RAI insibu A casa tutti bene (2018), Metti la nonna in freezer (2018), Ella&John (2017), Contromano (2018), u Arrivano i prof (2018).