Netanyahu ser jitlob l-immunità fil-każ ta’ korruzzjoni

Israeli Prime minister Benjamin Netanyahu delivers a statement to the media in Jerusalem January 1, 2020 REUTERS/ Ronen Zvulun

Il Prim Ministru Iżraeljan qal li kien se jagħmel użu mill-immunità li jgawdi bħala Membru tal-Parlament Iżraeljan biex jevita li jitressaq il-qorti akkużat b’korruzzjoni.

F’Novembru, Netanyahu kien akkużat b’korruzzjoni, tixħim u li kiser il-fiduċja tan-nies fi tlett każi separati.

Biex Netanyahu jgawdi mill-immunità jrid jikseb l-appoġġ ta’ aktar minn nofs il-Parlament Iżraeljan. Jekk jirnexxielu, il-proċess legali tiegħu jiġi pospost għal tal-anqas sa’ Marzu meta fil-pajjiż ssir elezzjoni ġenerali oħra it-tielet fi żmien sena f’Iżrael. Dan peress li bħalissa l-Parlament jinsab xolt. Bħala Prim Ministru Iżraeljan, il-liġi titlob li hu jirriżenja biss jekk jinstab ħati tal-akkużi mressqa kontrih.

Netanyahu jinsab akkużat fost l-oħrajn li rċeva rigali minn negozjanti prominenti u li għamel pjaċiri lil sidien tal-media fil-pajjiż biex dawn jippubblikaw stejjer pożittivi dwaru.