Netanyahu jrid ikabbar it-territorju Iżraeljan fix-Xatt tal-Punent

FILE PHOTO: Israeli Prime Minister Benjamin Netanyahu speaks during a cornerstone-laying ceremony for Mobileye's center in Jerusalem August 27, 2019. Abir Sultan/Pool via REUTERS

Read in English.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu mistenni jkabbar it-territorju Iżraeljan fix-Xatt tal-Punent biex iwettaq wegħda elettorali magħmula ħames xhur ilu mingħajr madanakollu jagħti indikazzjoni ta’ meta dan se jseħħ.

Is-sitwazzjoni fil-Medda ta’ Gaża hija l-aktar kwistjoni taħraq fil-kunflitti bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, b’dan l-aħħar juru l-biżgħat tagħhom li  Netanyahu jista’ jinjora l-kunsens internazzjonali u jibqa’ miexi fil-pjanijiet tiegħu bl-għajnuna tal-President Amerikan Donald Trump.