Nestlé b’inizjattiva li tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider

Nestlé Malta Limited, permezz tal-marka tagħha Fitness, nediet il-filmat tal-bracam fuq l-istazzjonijiet diġitali u soċjali biex tappoġġja l-isforz dinji għat-tkabbir tal-kuxjenza fuq l-importanza tal-eżaminar regolari tas-sider biex jiġi evitat il-kanċer.
Il-filmat juri mara għaddejja minn ftit toroq u ħwienet f’Malta. Hi ntalbet tilbes bra roża b’kamera moħbija biex taqbad ir-reazzjoni tan-nies hi u għaddejja. Fuq l-iskrin jidher in-numru ta’ drabi li l-bra roża tagħha jiġi “eżaminat” minn min ikun għaddej.
Il-messaġġ ewlieni ta’ din il-kampanja soċjali jsaħħaħ l-idea u l-aħjar mod kif mara tippreveni l-kanċer tas-sider billi tiċċekkja lilha innifsha regolarment.
Melania Calleja Pellicano, il-Manager tal-Prodott tal-Grupp ta’ Nestlé Malta Limited qalet li “ridna mod differenti kif inwasslu l-messaġġ lill-udjenzi tagħna. Qed nagħmlu mistoqsija sempliċi: ġismek jiġi “eżaminat” regolarment minn ta’ madwarek, allura għaliex ma tiċċekkjax sidrek professjonalment ħalli tippreveni jew taqbad il-kanċer tas-sider minn kmieni? It-tweġiba tista’ ssalva l-ħajja”.