Neqsin mid-dawl u jaħdmu fuq skulturi tat-tafal

Chris Grima; u l-iskultur Charles Sammut flimkien ma' Epifanio Vella, Steven Mizzi, u Maria Elich.

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Awissu fil-Buskett Maria Elich, Epifanio Vella u Steven Mizzi, tliet persuni neqsin mid-dawl li iżda, kienu qed jaħdmu fuq skulturi tat-tafal.

Maria, Epifanio u Steven huma parti mill-Visual Non-Visual Network, u flimkien jagħmlu diversi proġetti artistiċi biex iqajmu aktar għarfien dwar il-bżonn ta’ aktar inklużjoni fis-Soċjetà.

Iċ-Chairman Eżekittiv ta’ din l-għaqda Chris Grima spjega kif dan in-Network beda fl-2013, u minn dakinhar ma ħarisx lura.

Grima spjega: “L-iskop huwa li nwasslu għal indipendenza, mhux jiddependu la minn ħaddieħor, la mill-familja u qas mis-soċjetà. Anzi jekk Alla jrid naslu biex narawhom leaders f’ċertu setturi.”

Grima qal kif Maria, Epifanio u Steven qed jitgħallmu jaħdmu dawn l-iskulturi flimkien mal-iskultur Charles Sammut. Imbagħad huma wkoll ikunu jistgħu jgħallmu persuni oħra neqsin mid-dawl

Maria Elich u Epifanio Vella qalulna li din l-għaqda qed tgħinhom jgħixu ħajja aħjar.

Marija qaltina: “Nagħmlu dan b’determinazzjoni, dixxiplina u b’imħabba quddiem l-ifisi li ġġib magħha l-għomja u għal kulħadd.”

Vella stqarr: “L-għan tiegħu hu li aħna l-għomja nitgħallmu ħiliet ġodda fl-iskultura.”

Chris Grima qal: “Visual non Visual Network Inizzjattiva li nbdiet f’Diċembru tal-2013 is- sostenibilitá li tirrikjedi l-inklużjoni soċjali. Li għandu missjoni li hija dik tal-inkużjoni ta’ persuni neqsin mid-dawl. Diversi proġetti ppjanati u fil-passat wettaqna l-proġett tat-tkabbit tal-pjanti tal-istevja. Is-sena l-oħra nbeda wkoll proġett ta’ Olive Harvesting fejn persuni neqsin mid-dawl ħadmu f’dan il-qasam. U għandna pjanijiet ta’ proġetti f’dan il-qasam għal futur. Jien kont qed insegwi dak li kien qed isir u issa ser inkun impenjat għaliex iktar m’għaddew is-snin u iktar ma kont qrib ta’ Noel Farrugia u l-għomja kont nieħu gost narhom jagħmlu dak l-isforz sabiex jipparteċipaw u wkoll ikunu nvoluti fil-qasam intraprenditorjali jien ħassejt li nista ngħin f’din il-missjoni li nemmen twassal lil dawn in-nies jgħalbu il-problema ta’ esklużjoni soċjali.”

Dan it-tag]rif twassal minn Visual Non-Visual Network.