Neptunes jirbħu l-Premiere Division tax-Xitwa

Fl-finali tagħhom kontra r-rivali Sliema, Neptunes ħarġu sparati u għalqu l-ewwel sessjoni 5-2 bi 3 gowls minn Jeremy Abela u wieħed kull wieħed minn Jake Muscat u Niki Lanzon. Għal Sliema, kienu Michael Spiteri Staines u Jacob Sciberras li skurjaw.

It-tieni sessjoni rat lil Sliema aktar komposti b’Jerome Gabarretta jikseb żewġ gowls u ieħor għal Benji Cachia.  Iżda Niki Lanzon skurja wieħed għal Neptunes biex b’hekk t-timijiet marru għall-pawża bl-iskor ta’ 6-5.

Ma naqsux il-gowls fit-tielet sessjoni hekk kif Cachia skurja tnejn oħra, u min-naħa ta’ Sliema skurjaw wieħed kulwieħed Mark Meli u Spiteri Stains. Għal dan, Neptunes irrispondew b’żewġ gowls oħra minn Matthias Azzopardi u Nikolai Zammit.

Fir-raba’ kwart Neptunes skurjaw 3 gowls li ġew minn Lanzon. Ebda reazzjoni ma waslet min-naħa ta’ Sliema biex b’hekk Neptunes rebħu 13-9. Peter Perotti, Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta u Karl Galea, Viċi President tal-Water Polo fl-Assoċjazzjoni tal-Isport tal-Akwatiċi ta’ Malta ppreżentaw il-midalji u t-trofew lir-rebbieħa l-ġodda.

Birżebbugia huma r-rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni tal-Water Polo li rebħu l-aħħar logħba kontra Marsaskala 10-4.