Neoguri jnaqqas il-qawwa

Wara li ġab miegħu ħafna xita, ħalla diżastru u qatel tliet persuni fil-Ġappun, it-tifun Neoguri naqqas il-qawwa tiegħu hekk kif ħareġ ‘il barra mill-lvant tal-Ġappun u qiegħed fl-Oċean Paċifiku. 
70 persuna weġġgħu minħabba t-tifun.    
L-aġenzija meteoroloġika Ġappuniża xorta għadha qed twissi biex kulħadd jibqa’ b’seba’ għajnejn. It-tbassir hu li fuq Hokkaido x-xita se tkun nieżla 50 milli metru fis-siegħa.