Nemmen li l-pulizija għandha tibqa’ tinvestiga l-qtil ta’ Karin Grech – PM

Il-Monument ta' Karin Grech f'San Ġwann. Ritratt: Partit Labursita

Read in English.

Il-Partit Laburista fakkar lil Karin Grech f’għeluq it-43 anniversarju mill-qtil tagħha. Il-Prim Ministru qal li huwa jemmen li l-pulizija għandha tibqa’ tinvestiga dan il-qtil biex issir ġustizzja fuq min wettaq dan ir-reat.

Żied li kull ċittadin għandu parti x’jilgħab biex dak li ġara ma jerġax jiġri u ħadd m’għandu jħalli lil ħadd idaħħal iż-żerriegħa tal-mibegħda.

Il-Prim Ministru qal li qatt ma fehem kif kien hemm min wasal biex jagħmel dan l-att u l-piż li refgħet il-familja tagħha ftit jistgħu jifhmuh għax tul is-snin il-pajjiż falla milli ssir ġustizzja.

Dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sellem il-memorja ta’ Karin Grech li tiġi kuġintu.