Nelson Mandela joħroġ mill-isptar

L-eks President tal-Afrika t’isfel Nelson Mandela ħareġ mill-isptar minn fejn kien ilu jirċievi trattament minn Ġunju li għadda.

Kelliem għall-President tal-Afrika t’isfel Jacob Zuma, qal li l-kundizzjoni ta’ Mandela għada kritika u xi kultant instabbli.

Żied jgħid li t-tobba huma fiduċjużi li Mandela jista’ jirċievi l-istess kura intensiva mid-dar privata tiegħu u fl-istess ħin ikun imdawwar mill-familjari.

Nelson Mandela li għandu 95 sena, ddaħħal l-isptar fit-tmienja ta’ Ġunju li għadda minħabba nfezjoni fil-pulmun.