Neil Warnock mistenni jirritorna fix-xena tal-futbol

Jista’ jagħti l-każ li Neil Warnock se jagħmel ritorn xokkanti bħala maniġer ta’ Middlesbrough.

Jonathan Woodgate hu qrib li jitkeċċa wara bidu ħażin fl-istaġun. Hu rnexxielu jirbaħ tliet logħbiet biss. Middlesbrough tilfu kontra Leeds bl-iskor ta’ 4-0 nhar is-Sibt li għadda. B’hekk kompliet poġġiet lil Woodgate f’pożizzjoni perikoluża fejn jista’ jitled xogħolu.

Is-sid Steve Gibson ilu jipprova jagħti ċans lil Woodgate, iżda issa qed jipprepara biex jieħu deċiżjoni kbira. Min-naħa tiegħu Warnock qed jistenna fil-ġenb biex jidħol hu mindlok Woodgate.

Warnock għalaq 71 il-Ħadd li għadda u tela minn Cardiff xahar ilu wara li kien ilu tliet snin fil-kariga ta’ maniġer. Hu mexxa lill-klabb għall-Premier League l-istaġun li għadda.