Neħtieġu sistema olistika għat-trasport – Bezzina, eCabs CEO

Read in English.

Matthew Bezzina, il-Kap Eżekuttiv tal-eCabs qal li hemm bżonn li jkun hemm regolatur jaħdem sew fil-qasam tat-trasport u li tinbena teknoloġija ħafna aħjar biex tikber l-effiċjenza. Huwa kien qed jitkellem waqt Business Breakfast organizzat minn Newsbook.com.mt.

Bezzina semma li bħala kumpanija qed jaħdmu biex jagħmlu dan. Semma li l-biċċa l-kbira tal-ivvjaġġar li jagħmlu n-nies huma b’karrozza privata u allura hemm bżonn li tinbena sistema olistika, biex it-teknoloġiji kollha tal-operaturi kollha jaħdmu flimkien. Semma bħala eżempju kif dan il-kunċett jista’ jaħdem biex wieħed jivvjaġġa minn Tas-Sliema sal-Belt.