Neħħu l-aċċessorji tal-loombands minn idejn it-tfal – MCCAA

L-aċċessorji tal-loombands li ftit ġimgħat ilu ġew irtirati mis-suq biex isiru testijiet fuqhom, kollha kemm huma għandhom livell qawwi ta’ kimika ipprojbita, saħanistra konċentrazzjoni li taqbeż il-limitu legali.
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur (MCCAA) ordnat li dawn l-aċċessorji jitneħħew minn idejn it-tfal u jiġu rritornati lill-ħwienet minn fejn inxtraw.
Wissiet lil tal-ħwienet li se tittieħed azzjoni kontra dawk li jbiegħu jew ifornu dawn il-prodotti.
Il-loombands saru popolari mmens minn dan is-sajf hekk kif tfal u żgħażagħ ta’ kull età bdew jaħdmu brazzuletti tal-lastiku. 
Fl-Italja lbieraħ ġew ikkonfiskati mal-20,000,000 lastkuwa żgħira b'valur ta' €3 miljun