“Neħħewli ċ-ċrieket qabel wellidt u sparixxew”

Melanie Andrew
Ritratt: Facebook/MelaniaAndrew

Melania Andrew qed tagħmel appell permezz tal-midja soċjali għal żewġ ċrieket li kellha f’idha fit-23 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra meta ddaħħlet fl-isptar Mater Dei Hospital biex twelled.

“Iċ-ċrieket għandhom valur sentimentali. Tneħħewli minħabba kumplikazzjonijiet. Sa minn dakinhar għadni ma waqaftx nistaqsi fejn dawn iċ-ċrieket. Donnu li issa ħadd ma jaf fejn sparixxew.

Melanie Andrew
Ritratt: Facebook/MelaniaAndrew

Il-mara qed tappella biex min sabhom jirritornahom.