“Neħħejna l-qtates abbandunati mill-Għammieri minħabba l-klieb”

Fl-aħħar jiem tneħħew il-qtates abbandunati li kienu jgħixu fl-Għammieri minħabba riskju li jiġu attakkati minn klieb. Dan qalu l-Ministeru għall-Ambjent fi stqarrija wara allegazzjonijiet fuq il-mezzi soċjali li dawn tneħħew minħabba open day li qed tiġi organizzata hemm.

Il-Ministeru qal li minħabba li kienu qed jidħlu fl-Għammieri xi klieb tar-razza fox terrier u li kienu qed jagħmlu għall-qtates, dawn tneħħew. Qal li d-Dipartiment tal-Animal Welfare ġabar total ta’ ħamest iqtates.

Intant id-Dipartiment qed jaħdem ukoll sabiex jinqabdu l-klieb li qed jidħlu fl-Għammieri. Qal li jekk jinstab li huma micro-chipped, jiġi identifikat sidhom u jiġu ritornati lilu. Fil-każ li ma jkunux micro-chipped, jinżammu mid-dipartiment biex wara li jkunu eżaminati u jiġu micro-chipped tinstabilhom dar.

Il-qtates saritilhom vista medika biex ikun żgurat li saħħithom ma ġietx affetwata.