Negozjanti jilmentaw ma’ Muscat li “f’Malta m’hawnx fejn tonfoq il-flus”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li negozjati li jiltqgħu miegħu stqarrew miegħu li f’Malta m’hawn fejn tonfoq il-flus.

Meta kien qed jitkellem waqt attvita’ politika f’ Ħaż-Żebbuġ, Joseph Muscat ħareġ jiddefendi l-proġett tal-Corinthia. Hu stqarr li pajjiżna jinsab f’salib it-toroq, b’żewġ għażliet quddiemu – dik li nibqgħu kif aħna jew nieħdu l-pajjiż livell ieħor, dik li nattiraw turisti ta’ kwalita.

Huwa qal li illum l-prodott Turistiku huwa bbażżat fuq il-prezz b’konsegwenza li l-ħaddiema fl-operat turistiku huma mħallsa bil-minimum wage u għalhekk jinsab mimli ħaddiema barranin.

Il-Prim Ministru akkuża lill-oppożizzjoni b’ inkonsistenza politika li l-ewwel ħarġet favur il-proġett tal-Corinthia imbagħad ħaditha qatta bla ħabel kontra l-istess proġett. Huwa qal li jissuspetta li fazzjonijiet differenti fi ħdan il-PN għandhom opinjoni differenti fuq dan il-proġett. Muscat qal li l-prezz li bih tinbiegħet l-art lill-Smart City huwa ferm irħas mill-prezz li l-Gvern nnegozzja għal l-art tal-bajja ta’ San Ġorġ.

Muscat qal li l-Gvern ma jaċċettax il-kritika li ssirlu li hu ngarzat man-negozjanti għax dejjem jiżgura li fil-pajjiz jkun hemm level playingfield.

Il-Kap tal-Partit Laburista qal li hawn min jieħu pjaċir bid-deni tant li għax għalqet kumpanija waħda tal-blockchain ħareġ stqarrija, waqt li nesa’ isemmi li fadal 258 oħra li ħadu liċenzja biex joperaw f’dan il-qasam minn Novembru ‘l hawn.