Negozjant maħrub Malta ma jiġix estradit lejn iċ-Ċili

Negozjant miljunarju Ċilen ta’ 42 sena li kien imfittex minn pajjiżu minħabba frodi ta’ bej 60 u 80 miljun dollaru mhux se jkun estradit lejn pajjiżu.
Dan hekk kif il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja kkonkludiet li ma kienx hemm biżżejjed provi biex jiġi estradit.
Huwa kien ġie arrestat f’Diċembru li għadda f’Tas-Sliema wara li kien ilu jiġi mfittex xhur sħaħ.
Ir-raġel kien ħarab mill-Istati Uniti u f’Marzu 2015 applika għaċ-ċittadinanza Maltija bl-iskema tal-Programm tal-Investiment Individwali.
Dan il-permess kien ġie revokat wara li nħarġu l-akkużi fil-konfront tiegħu.