Nefqu f’Għawdex u l-BOV ppremjahom

Għaxar persuni ffurtunati ngħataw parti mill-flus li nefqu f’Għawdex meta ntgħażlu mill-BOV bħala r-rebbieħa tal-aħħar kompetizzjoni tal-kards.
Il-parteċipanti riedu jużaw il-kard tal-BOV tagħhom biex iħallsu biha f’Għawdex għax-xahar ta’ Frar. Huma riedu jonfqu minn tal-inqas €25 għal kull tranżazzjoni, b’total ta’ mhux inqas minn €100 f’ħamest ijiem.
Kelliema għall-bank qalu li l-kards tal-BOV mhux biss joffru s-servizzi marbuta tradizzjonalment mal-kard bankarja, iżda wieħed jista’ jibbenefika minn dawn il-kompetizzjonijiet li l-bank jagħmel minn żmien għal ieħor.
Fir-ritratt: Ivo Camilleri (xellug) u Horace Laudi (lemin) ma' xi rebbieħa f'nofshom