​Nefqa ta’ €2,000 għal kull student fl-iskejjel primarji

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li s-sena l-oħra, in-nefqa f’teaching staff fl-iskejjel primarji tal-Gvern laħqet iċ-ċifra ta’ €1,911.94 għal kull student.
Din l-istima tinkludi wkoll is-servizzi mogħtija mil-LSAs u superviżjoni oħra.
Il-Ministru qal dan fil-Parlament bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Etienne Grech.