Nefqa ta’ €800,000 biex titranġa Triq Sannat

MGOZ - Joseph Mercieca

Il-Gvern nefaq madwar €800,000 biex jirranġa Triq Sannat fis-Sannat.

Fi stqarrija l-Ministeru għal Għawdex qal li li din it-triq hija waħda li qed tiġi ffinanzjati minnu.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar Triq Sannat fis-Sannat, flimkien mas-sindku tal-lokal Philip Vella.

Camilleri qal li fi ftit xhur ingħatat spinta kbira lill-infrastruttura f’Għawdex, hekk kif tlestew diversi toroq u oħrajn jinsabu fi stadju avvanzat.