Filmat: Naya Rivera ta’ Glee tinstab mejta

Sitt ijiem wara li ġiet irrappurtata nieqsa l-attiċi Naya Rivera tas-sensiela Glee, tħabbar li l-għaddasa li kienu għaddejjin bi tfittix kontinwu għaliha, sabu katavru.

Hu mifhum li l-pulizija nfurmat lill-qraba tal-attriċi għalkemm intqal ukoll li għall-ewwel il-katavru ma ġiex identifikat.

L-attriċi ta’ 33 sena kienet marret fuq dgħajsa flimkien ma’ binha ta’ 4 snin u aktar tard it-tifel intlemaħ rieqed waħdu filwaqt li hi ma dehret imkien. Il-karozza tagħha baqgħet ipparkjata fl-istess post fejn kienet ħallietha.

Aktar tard ħarġet l-istqarr uffiċjali li l-katavru misjub kein dak tal-attriċi, proprju fil-jum li jimmarka s-seba’ anniversarju tal-attur Corey Monteith, ukoll ta’ Glee, li kien miet kaġun ta’ overdose bħal-lum fl-2013.

Intant, l-atturi ta’ Glee ngħaqdu flimkien biex marru ħdejn ix-xmara Piru f’California fejn Naya Rivera kienet marret tgħum u għebet.

Ritratt: Twitter