Filmat: “Nawguralkom li ma jkollkom qatt kwiet” – Mons. Giussani

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, Dr Robert Tufigno jispjega l-esperjenza ta’ Mons Giussani li kien appassjonat minn Kristu u li kien jgħaddi din l-esperjenza tiegħu liż-żgħażagħ. Fi kliemu, Giussani dejjem qal li hu skopra l-umanità tiegħu meta ltaqa’ ma’ Kristu.
Dr Tufigno jfisser kif il-Papa Franġisku jaf lil Mons Giussani permezz tal-kotba li qara dwaru u li jistqarr li mhux biss laqtuh, imma bidlulu l-mod kif jgħix.
Bħala membru tal-Moviment Comunione u Liberazione, Dr Tufigno jtemm jgħid li kieku għadu ħaj, Mons. Giussani “jħeġġiġna biex infittxu l-verità, it-triq u l-ħajja. Dan billi tfittex il-ħin kollu t-tweġiba fir-realtà”. F’dan l-ispirtu jgħid li l-udjenza mal-Papa se tgħin lilu u l-membri l-oħra jiskopru mill-ġdid il-fidi u jxerrduha ma’ kulħadd.
Dwar dan u aktar iwieġeb Dr Robert Tufigno fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt