Bezzina rilaxxat mill-isptar

Facebook - Adrian Delia

L-MP tal-PN Toni Bezzina ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei wara erbat ijiem.

Fuq Facebook Bezzina rringrazzja lill-ħaddiema ta’ Mater Dei, fosthom tal-Cardiac Surgical Ward.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia awgura fejqan malajr lill-MP tal-PN Toni Bezzina.

Tard waranofsinhar, Delia ħeġġeġ lil Bezzina biex jagħmel il-kuraġġ f’post fuq Facebook. Bosta nies ħallew messaġġi taħt il-post ta’ Delia.

Nawgura lill-kollega Toni Bezzina fejqan ta' malajr. Kuraġġ ħabib tiegħi.

Posted by Adrian Delia on Tuesday, February 11, 2020

Dan l-artiklu ġie aġġornat fit-12/02/2020.