Nawfraġju ieħor fil-Mediterran; 40 immigrant imutu mgħarqa

Minn tal-inqas 39 immigrant, fosthom ħamest itfal, mietu mgħarqa meta għerqet id-dgħajsa li kienu qed jaqsmu biha għall-gżira Griega ta’ Lesbos.
Skont ħaddiema ta’ salvataġġ, fuq id-dgħajsa kien hemm aktar minn 100 immigrant li kienu qed jaqsmu għall-ħajja aħjar mis-Sirja l-Afganistan u Myanmar.
Id-dgħajsa nqalbet ftit ‘il barra mill-kosta tat-Turkija, ftit wara li telqet mid-destinazzjoni tagħha.
Il-Gwardji tal-Kosta Torok, irnexxilhom isalvaw minn tal-inqas 75 persuna.
Jumejn ilu, 24 persuna, fosthom għaxart itfal tilfu ħajjithom ftit 'il barra mill-kosta Griega f’Samos wara li nqalbet id-dgħajsa li kienu fuqha.