Nawfraġju ieħor barra l-kosta Libjana

Nawfraġju ieħor barra l-kosta Libjana hekk kif 268 persuna ġew salvati mill-awtoritajiet Taljani. 
50 mil ‘il barra mil-Libja ttellgħu wkoll żewġ katavri. 
Sa issa għadu mhux magħruf kemm hemm vittmi. 
L-immigranti kellhom jiddaħħlu dalgħodu fil-Port ta’ Empedocle fi Sqallija.
Dalgħodu wkoll, fil-port ta’ Taranto waslet id-dgħajsa militari Taljana b’1,311 persuna li ġew salvati waqt il-ħidma ta’ Mare Nostrum. 
Fost il-persuni hemm 176 nisa, b’7 minnhom qed jistennew tarbija. Hemm ukoll 110 tfal taħt l-età. 
L-immigranti huma mis-Sirja, l-Gambja, il-Pakistan, il-Marokk, is-Senegal, il-Libja u s-Sudan.