Nature Trust b’rakkomandazzjonijiet dwar ir-restawr tad-Dwejra Lines

L-għaqda ambjentali Nature Trust-FEE laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jibda xogħol ta’ restawr fuq id-Dwejra Lines f’Malta. 
Fi stqarrija, Nature Trust-FEE irrakkomandaw li mhux biss jsir restawr imma għandhom jitneħħew speċijiet aljeni u invażivi bħas-siġar tal-Akaċja tax-xewk kbir (Acacia karroo). Flokhom għandhom jitħawwlu siġar u pjanti indiġeni.
L-għaqda faħret id-deċiżjoni hi waħda li se tkun qed tissalvagwardja l-wirt storiku għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin kif ukoll se jkunu ir-residenti u t-turisti li jgawdu minn din l-attrazzjoni f’nuqqas ta’ żvilupp tal-post.