Nathael Julan ta’ 23 sena jitlef ħajtu f’inċident

L-attakkant ta’ Fungamp Nathael Julan miet wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ wara li spiċċa mit-taħriġ nhar il-ġimgħa. Skont rapporti barranin, l-inċident seħħ ġewwa Pordic fi Franza kmieni wara nofsinhar.

Il-Franċiż Julan li kien għad kellu 23 sena, beda l-karriera tiegħu ma’ Le Havre f’Ligue 1 u lagħab mat-tim tal-kbar ta’ Guingamp għal 11-il darba. Fi stqarrija l-klabb qal li hu dispjaċut ferm b’din it-traġedja. Huma għaddew il-kondoljanzi tagħhom lill-familja ta’ Nathael.

Guingamp, li jilagħbu fit-tieni fiviżjoni Franċiża qegħdin bil-btajjel tax-Xitwa. Huma kkanċellaw il-logħba ta’ ħbiberija li kellha tintlagħab illum kontra Concarneau.