“Nassumi li se jarrestaw lil Muscat” – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li wieħed jassumi li l-Prim Ministru Joseph Muscat se jiġi arrestat hekk kif jirritorna Malta minn Dubaj.

Fuq Twitter, Adrian Delia semma kif Joseph Muscat ġie vvutat l-aktar persuna li avvanza l-kriminalità fid-dinja mill-Proġett tar-Rappurtaġġ tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni. Huwa qal li, “wieħed jassumi li kemm Chris Fearne u Robert Abela se jarrestaw lil Muscat talli ġab lill-pajjiż f’din is-sitwazzjoni, hekk kif jirritorna Malta.”

Fi stqarrija, l-OCCRP qalet li panel ta’ esperti għażlu lil Joseph Muscat bħala l-Persuna tas-Sena fil-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni. Id-deċiżjoni kienet waħda unanima. Dan il-premju jingħata lill-individwu jew istituzzjoni li f’dik is-sena tkun għamlet l-aktar biex tgħin lill-attività kriminali u l-korruzzjoni.