Nassaba b’wiċċhom mgħotti jonsbu illegalment

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=ZZfJYPR0AVQ]

Il-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) sostna li minn nofs Marzu s’issa, iffilmjat 20 nassab jonsbu l-għasafar illegalment meta l-istaġun tal-insib kien magħluq.
Fi stqarrija, CABS sostniet li l-20 nassab kienu rrappurtati lill-Pulizija, u li dawn mistennija jitressqu l-Qorti fix-xhur li ġejjin.
Saħqet kif l-investigazzjonijiet li saru wara mill-Pulizija wasslet għall-konfiska ta’ 40 għasfur ħaj kif ukoll apparat tal-insib b’valur ta’ iktar minn €10,000.
CABS qalet li ħafna nassaba issa qed jifirxu x-xbieki u jonsbu b’wiċċhom mgħotti biex jgħattu l-identità tagħhom meta jkunu ffilmjati.