Nassab jinqabad fil-fatt; filmati viċin l-ajruport jaslu għand il-Pulizija

Read in English.

Il-Kumitat kontra l-moħqrija tal-għasafar (CABS) qabad raġel jonsob għall-Għasafar taż-Żebbuġ f’għalqa viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-CABS qalet li t-tim tagħha rrapporta l-każ lill-Pulizija hekk kif in-nassab kien qed jonsob għal dan l-għasfur protett. Jgħidu li kif waslu l-Pulizija tal-ALE fuq il-post, ir-raġel ħarab bil-gaġġeġ tal-għasafar miegħu. Il-Pulizija min-naħa tagħhom neħħew ix-xbieki tan-nassab.

Cabs qalet li għaddiet il-filmat ta’ dan il-każ lill-Pulizija kif ukoll in-numru tat-tarka tal-karozza tan-nassab biex jibdew proċeduri legali fil-Qorti kontrih.