Nassab jingħata l-liċenzja lura

Nassab Għawdxi ta’ 64 sena reġa’ ngħata l-liċenzja wara li l-Qorti tal-Appell ikkonkludiet li l-identità tiegħu ma ġietx stabbilita.
Huwa kien tressaq il-Qorti akkużat bi nsib illegali fl-Għarb Għawdex. Huwa kien inqabad mill-CABS meta sabu mansab illegali u ġibdu filmat tar-raġel mistoħbi u wara jaħrab minn fuq il-post.
Ir-raġel kien instab ħati u weħel multa ta’ €3,000 u kellu l-liċenzja sospiża għal sentejn. Madankollu huwa appella mis-sentenza, bid-difiża argumentat li l-filmati ma kinux juru b’ċertezza li r-raġel kien hu. Il-Qorti ppreseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri qal li l-uffiċjal tal-CABS li xehed qaleb żewġ każi differenti li nstemgħu quddiem il-Qorti dakinhar.