Nassab jerġa’ jagħmilha

Nassab instab ħati li kien qiegħed jonsob illegalment għall-għasafar tal-għana viċin il-Buskett, f’Marzu tas-sena li għaddiet.
Huwa weħel multa ta’ €1,200 u tteħditlu l-liċenzja tal-insib għal sena.
Il-voluntiera tal-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) kienu rrappurtaw l-każ lil pulizija.
Il-CABS fi stqarrija kkritika lill-Qorti talli ma kinitx ikkunsidrat li n-nassab kien diġà nstab ħati tliet snin ilu, meta membru tal-CABS kien ġibidlu filmat.
Dakinhar in-nassab kien weħel multa ta’ €1,000 u liċenzja sospiża għal sentejn.