Nassab arrestat f’mansab illegali b’għasafar protetti

Arkivji

Nassab ġie arrestat ilbieraħ wara li nqabad fil-fatt b’madwar 40 għasfur protett waqt li kien f’mansab illegali qrib Fomm ir-Riħ.
B’kollox, fuq il-post il-Pulizija sabet madwar 100 għasfur li kienu qed jintużaw biex jattiraw għasafar oħra.
Fost l-għasafar protetti kien hemm servjenti u pispiselli.
Il-mansab illegali kien mifrux fuq madwar elfejn metru kwadru ta’ art u jinsab bejn il-Baħrija u l-Ġnejna qrib ħafna tal-inħawi magħrufa bħala Tas-Santi.