NAS irid jiġbor 1% tal-popolazzjoni biex jgħajtu “Oh My Malta!”

Il-vlogger famuż Nusser Yasin, li jmexxi l-paġna NAS Daily u jtella’ filmati mid-dinja kollha, irid jiġbor mal-4,000 persuna f’post wieħed biex flimkien joħolqu slowgan ħdid għal Malta.
Skont avveniment li kkrea fuq Facebook, NAS qed jimmira li jiġbor 1% tal-popolazzjoni fi Pjazza Tritoni nhar is-Sibt li ġej, biex flimkien jgħajtu “Oh My Malta!”
Se jkun hemm il-mużika, u NAS qal li aktarx tattendi l-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, li diġà ltaqa’ magħha f’okkażjoni oħra.
NAS iddeskriva lil Malta bħala “l-aktar pajjiż sorprendenti”, u ħa grazzja mal-ilsien Malti peress li jixbah lill-Għarbi.
Nusser Yasin huwa Palestinjan-Amerikan.
Ibbukkja post minn hawnhekk.