Il-vlogger Nuseir Yassin u t-tim tiegħu jidher li se jerġgħu lura Malta sabiex jirrekordjaw l-aħħar filmat ta’ Nas Daily. Yassin kien ħabbar li l-elf filmat tiegħu kien se jkun l-aħħar wieħed għalih hekk kif se jtemm din l-isfida li għamel lilu nnifsu sabiex itella’ filmat ta’ minuta kuljum.
Dan tħabbar minn vlogger ieħor li jakkumpanja lil Yassin fil-ġiti tiegħu madwar id-dinja permezz ta’ post fuq Instagram. Hu spjega li bħalissa jinsabu fil-Peru filwaqt li se jkunu qed jiċċelebraw l-1000 filmat ġewwa Malta.
“L-aktar pajjiż sorprendenti” – Nas Daily dwar Malta
“L-immigrazzjoni l-aqwa ħaġa li tista’ tiġri” – Nas Daily wara li ġie attakkat f’Malta
Sostna li l-Peru hija l-aħħar sforz kbir tagħhom qabel ma jtemmu din l-avventura u qed jitolbu lil kulħadd sabiex jgħinhom fiż-żjara tagħhom fil-pajjiż.
Yassin kien Malta f’Marzu ta’ din is-sena u minn hawn ħadem bosta filmati li mbagħad tqassmu mal-udjenza kbira tiegħu li hija ta’ madwar 11-il miljun segwaċi. Meta kien Malta, fost is-suġġetti li ddiskuta, Yassim tkellem dwar l-impressjoni li kellu ta’ Malta, l-immigrazzjoni, dwar ħajjet Salvu ta’ Kemmuna u anke l-passaport Malti.
Nas Daily jgħix xi sigħat ma’ Salvu ta’ Kemmuna
Nas Daily jistaqsi lis-segwaċi tiegħu jekk iridux jixtru passaport Malti