​Nas Daily mal-Għawdxin

Il-vlogger popolari ta' NAS Daily, Nusser Yasin illum żar il-gżira Għawdxija. 
Fost l-inħawi diversi f'Għawdex huwa żar id-Dwejra fejn iltaqa' mas-Sindku ta' San Lawrenz Noel Formosa.
Ilbieraħ, Nusser Yasin ħoloq avveniment fuq Facebook, bit-tama li jiġbor mal-4,000 persuna fi Pjazza Tritoni nhar is-Sibt, u flimkien joħolqu slogan ġdid għal Malta. 
Fil-jiem li għaddew, NAS iddeskriva lil Malta bħala “l-aktar pajjiż sorprendenti".